It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru kateketiku għand is-Sorjiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun, fejn qiegħed jagħmel iż-Żjara Pastorali.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, l-Ħamrun.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinoduu mal-Kunsill Ekonomiku fl-Oratorju, l-Ħamrun.

It-Tlieta

8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

5.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, il-Ħamrun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fil-boardroom fl-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ħamrun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-Evangelizzazzjoni fl-Oratorju, l-Ħamrun.

L-Erbgħa

6.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-Sorijiet ta’ St.Joseph, l-Blata l-Bajda, l-Ħamrun.

Il-Ħamis

5.00 p.m. L-Arċisqof jżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, fi Triq Villambrosa l-Ħamrun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fil-boardroom fl-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ħamrun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u l-koppji Mexxejja fil-Boardroom fl-Uffiċċju Parrokjali, l-Ħamrun.

Il-Ġimgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Adoloxxenti u ż-żgħażagħ fid-dar tal-Azzjoni Kattolika, fil-Ħamrun.

Is-Sibt

12 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali dwar il-Pastorali maż-żgħażagħ organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, fl-Istitut Kattoliku l-Furjana.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-kappella tas-Samra u wara jiltaqa’ man-nies, il-Ħamrun.

Il-Ħadd

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa organizzata mill-Moviment ta’ Kana għall-koppji li se jiżżewġu din is-sena (2013), fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.