It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.
5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tal-bniet, bħala parti mill-Vista’ Pastorali fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Adoloxxenti u ż-żgħażagħ fis-Sala Parrokkjali l-Ħamrun.
It-Tlieta
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu, ir-Rabat. Wara jżur lill-ħaddiema jagħmlu xogħol volontarju f’Dar Merħba Bik.
8.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq NET TV dwar il-Q.T. il-Papa Franġisku.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jżur l-Iskola Primarja, l-Ħamrun.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, l-Kurja.
Il-Ħamis
6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-nies individwali li jixtiequ jkellmuh, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.
Il-Ġimgħa
6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa tad-Duluri, l-Belt Valletta.
Is-Sibt
Ħadd
9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ Ħadd il-Palm fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall-Jum iż-Żgħażagħ organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, f’Bubaqra (Żurrieq).