It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, individwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju t’tal-Virtu’.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.
5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-sorijiet Agostinjani fil-Mosta bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni mil-Mosta li jkunu jixtiequ jkelmuh.
L-Erbgħa
8.00 a.m. Mons. Lumen Monteiro, Isqof tad-djoċesi ta’ Agartala, Indja, jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof.
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ‘A’ tal-Mosta.
4.45 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tal-Katekeżi, Oratorju Marija Immakulata, Mosta.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-Mosta.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja tal-Mosta.
Il-Ħamis
9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ‘B’ tal-Mosta..
4.15 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tal-Katekeżi, ta’ Santa Margerita, Mosta.
5.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Mosta.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiu Parrokjali tal-Mosta.
Il-Ġimgħa
12.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, Valletta.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa organizzata mil-Proġett Impenn, fis-Sala Gonzi, fl-Istitut Kattoliku, Furjana.
Is-Sibt
10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li qed jagħmlu l-Griżma din is-sena, fil-Katidral tal-Imdina.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-sorijiet tal-Bon Pastur fil-Mosta.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelbra Quddiesa fil-Knisja ta’ Mlit u wara jiltaqa’ man-nies li jgħixu f’din iż-żona.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-gruppi taż-żona ta’ Mlit fiċ-ċentru Pastorali tal-Mosta.
Il-Ħadd
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Ta’ Qali fl-okkażjoni tal-Ġurnata Missjunarja.
10.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza l-Konferenza Nazzjonali tal-Kariżmatiċi, fl-iskola Sant’ Agata, Rabat.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Parroċċa tal-Fgura.