It-Tnejn
9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali Prinċipali tal-Knisja.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Bord Istitut ta’ Formazzjoni Permanenti, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-W.R. Ivan Scicluna, Kappillan ta’ Santa Luċija dwar iż-Żjara Pastorali li saret fil-parroċċa aktar kmieni din is-sena.
10.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Provinċjal u l-Kunsill Provinċjali tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi.
8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-attivita’ għas-saċerdoti żgħażagħ u patrijiet novizzi fid-Dar Parrokjali, Naxxar.
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
10.15 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Dr. Alexei Dingli, Sindku tal-Belt Valletta.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sra Claudia Taylor East, President ta’ SOS Malta.
Is-Sibt
11.15 a.m. L-Arċisqof ikun ippreżentat bi plakka kommemmorattiva mis-Sur A. Debattista, President tat-Transplant Support Group fl-okkażjoni ta’ l-10 Anniversarju tal-Grupp.
7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi Manifestazzjoni Marjana u wara jiċċelebra Quddiesa bil-parteċipazzjoni tal-membri tal-Leġjun ta’ Marija, fil-Parroċċa tal-Birgu.
Il-Ħadd
8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment fil-Każin tal-Banda King’s Own fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta.