It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza tiegħu.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali Flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika ta’ Guardamangia fis-Sala Yvonne, bħala parti miż-Żjara Pastorali.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Guardamangia fis-Sala Yvonne.
L-Erbgħa
12.00 p.m. L-Arċisqof jirċievi donazzjoni ta’ karita’ miġbura minn Radju RTK, l-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iż-żewġ komunitajiet tas-Sorijiet Orsolini fi Guardamangia.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Guardamangia, fis-Sala Yvonne.
7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adoloxxenti u Żgħażagħ ta’ Guardamangia fis-Sala Santa Katerina.
Il-Ħamis
11.00 a.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek dar ġdida għall-persuni b’diżabilta’ miftuħa mid-Dar tal-Providenza, fil-Qawra.
6.45 p.m. L-Arċisqof jagħti l-pussess ta’ Kanonku tal-Kattidral u jmexxi Velja ta’ talb għall-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.
Il-Ġimgħa
9.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar għall-għalliema tal-PSD, fil-Kurja.
6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-laqgħa tal-Meeteens fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re, fil-Kappella Sagra Familja fis-Sgħajtar, in-Naxxar.
Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
4.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għal ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re għat-tfal, fl-iskola ta’ Santa Monika, B’Kara.
Il-Ħadd
4.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re, li se ssir Ħal-Balzan.