It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-tifkira solenni tal-Mejtin Kollha, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita`.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-istess parroċċa.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’xandira diretta fuq Radju RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Isqfijiet u saċerdoti mejtin fil-Katidral tal-Imdina.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm b’xandira diretta fuq TVM.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet taż-Żejtun, Dun Eric Overand, bi tħejjija għaż-żjara pastorali fil-parroċċa tiegħu.

11.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’ laqgħa tal-Kunsill tal-Kappillani.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur l-komunita` tas-Sorijiet Agostinjani ta’ San Pawl il-Baħar.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali u l-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu tal-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jżur l-għalliema u l-istudenti tal-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar.

5.30 p.m. L-Arċisqof jżur iċ-ċentru tal-Katekeżi tal-bniet ta’ San Pawl il-Baħar.

6.30 p.m. L-Ar`isqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parro“a ta’ San Pawl il-Ba]ar.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppju Mexxejja ta’ l-istess parroċċa.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tas-Seminarju Maġġuri u joqgħod magħhom għall-ikel.

4.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għal laqgħa tal-Alcoholics Anonymous.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’  mal-Kummissjoni Kateketika ta’ San Pawl il-Baħar.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ l-istess lokalita`.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali fil-Kurja.

5.15 p.m. L-Arċisqof  jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali fil-Parroċċa taż-Żejtun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili, fiż-Żejtun.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jmexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha sitt seminaristi u reliġjuż mill-Ordni Agostinjan se jkunu ordnati Djakni, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, f’Raħal il-Ġdid.