It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

1.00 p.m. L-Arċisqof jattendi ikla tal-Milied mal-anzjani, Sawra.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Qudiesa u joqgħod magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Imġarr, Dun Antoine Borg, mal-Arċipriet tal-Mosta, Dun Mario Tong u mal-Kappillan tal-Għargħur, Dun Albert Schembri dwar il-viżti pastorali li kienu saru fil-parroċċi tagħhom.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju Marija.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti li ggradwaw mill-kors tat-Teoloġija, fir-residenz tiegħu, Ħ’Attard.

L-Erbgħa

12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin tal-Milied għall-impjegati tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin tal-Milied f’Dar l-Emigrant.

Il-Ħamis

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-qassisin residenti fid-Dar tal-Kleru u jibqa’ għall-ikel mas-sorijiet qaddejja taċ-Ċenaklu.

5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mar-Rev. Godfrey Rowell, Isqof Djoċesan tal-Anglican Chaplaincy Malta u Ġibilta u wara jipparteċipa f’servizz, fil-ProKattidral ta’ San Pawl.

Il-Ġimgħa

11.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Quddiesa ta’ Lejliet il-Milied fil-KonKattidral tal-Imdina.

Is-Sibt

9.15 a.m. L-Arċisqof jmexxi Quddiesa Pontifikali ta’ Jum il-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lin-nies għall-awguri tal-Milied fil-Curia.

8.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-maratona għall-ġbir ta’ fondi, l-Istrina.