It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-Konferenza tas-Superjuri Reliġjużi Ewropej u wara jiekol magħhom, f’ Dar Mount St.Joseph.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-E.T. Brand Brawn, Ambaxxatur tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’viżta qabel itemm il-missjoni diplomatika tiegħu f’Malta.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm live fuq Radju Marija.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Caritas, il-Kurja.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof imexxi t-tieni laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-kleru fil-Kripta tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan, Ħal-Qormi.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għar-romol organizzata mill-Hospice Movement, fil-Kappella ta’ Kristu Re, Mrieħel.

Il-Ħamis

10.15 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb mas-saċerdoti, fiċ-Ċentru Pastorali, Ibraġġ.

4.00 p.m. L-Arċisqof imexxi t-tielet laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-kleru fl-Oratorju, l-Imġarr.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tijm tekniku dwar iċ-Ċensiment tal-Quddies tal-Ħadd.

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat Esekuttiv tal-Moviment Studenti Kattoliċi tal-Universita fir-residenza tiegħu.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa tad-Diretturi Spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija, fil-Furjana.

5.15 p.m. L-Arċisqof imexxi Għasar Pontifikali fl-okkażjoni tal-Festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.