• 20 – 26 ta’ Jannar

  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof iżur il-kommunita tas-sorijiet Ursulini u r-residenti ta’ Fatima House, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni mill-istess parroċċa.
     
    It-Tlieta          
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.
     
    L-Erbgħa
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-W.R. Sandro Vella O.C., Provinċjal tal-Karmelitani, il-Kurja
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa tal-Isla, dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid, il-Kurja.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Liturġija tal-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema.
    6.15 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija,tal-istess parroċċa.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Familja,tal-istess parroċċa.
     
    Il-Ħamis         
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa ta’ Stella Maris individwalment u jiekol magħhom, tas-Sliema.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’Servizz Ekumeniku fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara, f’St Andrew’s Scots’ Church, il-Belt Valletta.
     
    Il-Ġimgħa
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-evanġelizazzjoni tal-parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema. 
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, tal-istess parroċċa.
     
    Is-Sibt
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ rappreżentatnti tal-Kunsill Pastorali Parrokjali tal-Isla dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid, il-Kurja.
    11.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mal-mexxejja tal-kommunitajiet insara f’Malta, fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara, il-Kurja
    4.45 p.m          L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Vespri fl-okkażjoni tal-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina.

    Il-Ħadd
    9.30 a.m.         L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina.