Nhar id-19 t’April 2005, tliet ijiem wara għeluq it-78 sena tiegħu, dak iż-żmien Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, il-Kardinal Joseph Ratsinger, intagħżel f’konklavi fil-kappella Sistina biex iservi fl-ogħla kariga tal-Knisja Kattolika, dik ta’ Papa. Nhar is-16 t’April 2012, ftit jiem oħra seba’ snin wara, Papa Ratsinger jagħlaq 85 sena u jkun għamel seba’ snin iservi bħala suċċessur ta’ San Pietru.
Il-ktieb Benedikt XVI. – Prominente über den Papst, li uħud mill-qarrejja jistgħu jikkunsidrawh bħala xi opra li biha, kif ngħidu bil-Malti, wieħed ikollu biex jiffanfra, m’għandu l-ebda skop li jkun sensazzjonali, iżda hu biss rigal ċkejken lill-Papa f’għeluq sninu.
Fih, mal-għoxrin figura prominenti tal-Knisja u mid-dinja tal-politika, tal-kultura, tal-ekonomija u mid-dinja sportiva, jgħidu li kienu lesti jagħtu kontribut ċkejken billi jesprimu l-idea personali tagħhom dwar il-Papa u x-xogħlijiet tiegħu.
Kull kontribuzzjoni, ġejja mingħand min ġejja, irrispettivament mit-twemmin reliġjuż, qed titqies bħal biċċa mużajk li finalment, meta emalgamata mal-biċċiet l-oħra kollha, tagħti stampa sħiħa tal-Pontifikat ta’ Ratsinger bħala Kap tal-Knisja Kattolika. It-titli tal-kontribuzzjonijiet varji f’dan il-ktieb huma bħal ħjiel għall-istampa sħiħa li jagħti l-kontenut.
Il-ktieb hu rakkomandat li jinqara, speċjalment għall-fatt li kien assigurat li ma saret ebda ċensura tal-kontribuzzjonijiet li saru biex imtela.