Arkivji mensili: Settembru 2009

Possibilta’ li l-Papa Benedittu XVI iżur Malta f’April

Wara l-istedina mill-Isqfijiet ta’ Malta u l-President tar-Repubblika lill-Qdusija tieg]u l-Papa Benedittu Sittax biex iżur Malta, Dr Alberto Gasbarri se jiġi Malta f’Ottubru biex jesplora din il-possibilita’. Dr Gasbarri, li huwa responsabbli miż-żjarat tal-Papa, se jikkunsidra li din iż-żjara ssir f’April tal-2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfragju ta’ San Pawl.

L-isqfijiet Maltin jixtiequ jħeġġu lill-Insara Maltin u Għawdxin biex jitolbu ħalli l-gżejjer Maltin ikollhom il-grazzja tal-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

Seba’ seminaristi ġodda u website ġdida għas-Seminarju tal-Arċisqof

Aktar kmieni din il-Ġimgħa, seba’ żgħażagħ taw bidu għal programm ta’ formazzjoni li għandu l-għan li jwassalhom biex isiru saċerdoti djoċesani. Dawn qed jingħaqdu ma’ 30 żagħżugħ ieħor li diġa’ bdew il-formazzjoni tagħhom u qegħdin f’fażijiet differenti tal-proċess tal-formazzjoni tagħhom għas-saċerdozju.

Is-seminaristi l-ġodda, li l-età medja tagħhom hija ta’ 21 sena, ġejjin tnejn mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Qormi, tnejn mill-Mosta, wieħed minn Ħad Dingli, ieħor min-Naxxar u ieħor mill-Kalkara… Kompli aqra »

DISCERN Lecture 2009

The Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organising its annual lecture on Tuesday 13th October, 2009 at 7:00p.m. This event will be held at the Phoenicia Hotel, Floriana. This year’s lecture will be addressing the question: ‘Is Secularisation on the Reverse Gear?’ The main speaker will be Professor David Martin, Emeritus Professor of Sociology at the London School of Economics and Political Science, University of London… Kompli aqra »

“Id-Divorzju u l-Koabitazzjoni jirrovinaw hajjet it-tfal” – Benedittu XVI

“Ghadd ta’ tfal imrobbijin minn genituri li jghixu f’koabitazzjoni, minn genituri separate, divorzjati jew li regghu izzewgu, huma mcahhda minn punti fissi ta’ riferenza f’hajjithom u jistghu jispiccaw isofru minn kunflitt intern u konfuzjoni. Il-familja tradizzjonali msejsa fuq l-ghaqda tar-ragel u l-mara fi zwieg indissollubli tinsab fid-dinja tal-lum that attack kontinwu”. Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI f’indirizz lill-Isqfijiet Braziljani.

Il-Papa kompla jghid li “jezistu forzi fis-socjeta tal-lum li huma kommessi li jeqirdu l-ghorfa natural ital-hajja umana… Kompli aqra »

Il-Papa se jzur il-Bazilika ta’ Fatima fil-Portugal Mejju li gej

Isqfijiet Portugizi habbru li l-Papa Benedittu 16 jippjana li jzur il-Bazilika ddedikata lill-Madonna ta’ Fatima fil-Portugal f’Mejju li gej. Nhar it-13 ta’ Mejju l-Papa ghandu jippresiedi xi cerimonji, appuntu fl-anniversarju tal-ewwel dehra tal-Madonna lit-tliet rghajja fl-1917.

Skont Radju Vatikan l-ebda dettalji tal-programm ghadhom ma saru accessibbli pubblikament. Dan ikun it-tieni vjagg tal-Papa ghas-sena 2010.

Jirrizulta li l-pjan li l-Papa jzur Malta f’April li gej ghadu hemm… Kompli aqra »

Honduras : Ufficjal jindika li l-Vatikan jista’ jghin fil-medjazzjoni politika

Jiem wara li il-President tal-Honduras Manuel Zelaya tnehha mill-kariga tieghu u rritorna bil-mohbi lejn il-pajjiz, jezistu sinjali li l-mexxejja li keccewh qed jikkunsidraw xi forma ta’ negozjati. Fl-istess waqt il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li l-Vatikan jista’ jkun li jghin fil-medjazzjoni bil-ghan li tinstab soluzzjoni ghall-krizi ezistenti.

L-Isqof Awziljarju Juan Pineda Fasquelle ta’ Tegucigalpa tkellem maz-zewg partijiet koncernati fit-tali sitwazzjoni politika, fejn ma tidher li tista’ tintlehaq l-ebda soluzzjoni… Kompli aqra »

Y Standup?

Fis-17 ta’ Ottubru infakkru l-Jum Internazzjonali tal-Faqar. Matul dik il-ġimgħa issir sejħa sabiex inqumu kontra l-faqar f’kampanji ta’ ‘Standup’ organizzati madwar id-dinja minn għaqdiet u movimenti differenti. Y Standup? hu proġett li qiegħed isir sabiex flimkien nirriflettu dwar il-faqar bħala realta lokali u globali.

Permezz ta’ dan il-progett għandu jinħoloq spazju fejn iż-żgħażagħ jistgħu jesprimu l-vuċi tagħhom dwar il-faqar mal-politici, awtoritajiet ekkleżjastiċi u organizzazjonijiet mhux governattivi oħrajn… Kompli aqra »

Lhud Taljani jerġgħu għar-riflessjoni

Il-jum ta’ riflessjoni Gudeo-Kristjana tradizzjonalment mizmum fl-Italja qabel il-gimgha ta’ talb ghall-ghaqda nisranija li ssir f’Jannar, rega’ tfacca u sab postu fil-kalendarju tal-2010. Dan wara li fl-2009 kien kancellat wara thassib dwar l-uzu tat-talba tal-Gimgha l-Kbira wara li l-ittra tal-Papa Benedittu 16 fl-2007 fethet it-triq ghal uzu usa tal-Missal tal-1962. Sussegwentament il-Papa ghamel bidliet f’din it-talba ghal-Lhud f’dik il-forma tal-liturgija.

Konferma dwar l-inkluzjoni tal-jum ta’ riflessjoni fil-kalendarju tas-sena 2010, waslet mill-Kardinal Angelo Bagnasco, President tal-Konferenza Episkopali Taljana… Kompli aqra »

Kristu għandu jkun fiċ-Ċentru

“Filwaqt li l-kultura Ewropea shiha iffurmat profondament permezz tal-wirt nisrani taghha, dan jidher car hafna fl-art Ceka, minhabba li kien permezz tal-missjunarji San Cirillu u San Metodju fis-seklu 9 li l-ewwel lingwa Slavonika antika bdiet tinkiteb. Gustament li l-appostli tal-popli Slavici u fundaturi tal-kultura taghhom jinghataw rikonoxximent bhala l-padruni tal-Ewropa”.

Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI fi ftuh l-ewwel zjara appostolika tieghu fir-Repubblika Ceka, it-tlettax-il vjagg tieghu tul dan il-pontifikat… Kompli aqra »

28 ta’ Settembru – 4 t’Ottubru

Il-Ħamis

L-Arċisqof jħalli Madrid għal Pariġi għall-Assemblea Ġenerali tal-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali Ewropej.

Il-Ħadd

10.00p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn Pariġi. Kompli aqra »