Arkivji mensili: Settembru 2009

21 – 27 ta’ Settembru

Impenji tal-Arċisqof Settembru 21 –27 It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

7.30 p.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek ċentru Pastorali ġdid fl-Imsida.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-għalliema tar-reliġjon, fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-800 sena tar-Regola ta’ San Franġisk, fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-ċagħaq… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Settembru

Impenji tal-Arċisqof Settembru 14 – 20 It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.30 p.m. L-Arċisqof mistieden tal-E.T. il-Kummissarju Għoli Ingliz tal-Ingilterra għal ċena f’ġieħ Rev. Can. Simon Godfrey, il-Kappillan ġdid tal-Pro-Kattidral ta’ San Pawl, Valletta.

L-Erbgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ indivdwalment mas-saċerdoti tal-parroċċa tal-Gudja bħala parti miż-żjara pastorali, u wara joqgħod għall-ikel magħhom.

6.00 p.m… Kompli aqra »

Jum L-Indipendenza 2009

DISKORS TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PONTIFIKAL TA’ JUM L-INDIPENDENZA 21 ta’ Settembru, 2009

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna niċċelebraw b’diversi modi l-ġrajjiet tal-Istorja tal-Pajjiż tagħna. Meta niċċelebrawhom ċivilment u soċjalment, aħna nkunu qegħdin nagħtu ġieh lil min ħa sehem f’dawk il-ġrajjiet. Nippruvaw nerġgħu naqbdu l-atmosfera ta’ meta seħħew biex nerġgħu inħallu l-ispirtu li bih ġew miksubin jew iċċelebrati jispirana llum… Kompli aqra »

Jum il-Vitorja 2009

Archbishop stresses need to often refer to values that emerge from Truth – Our Lady of Victories 9/9/2009 DISKORS TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PONTIFIKAL TA’ JUM IL-VITORJA – 8 ta’ Settembru, 2009

Eċċellenza, Sur President ta’ Malta, u Sinjura Abela,

Ħuti.

F’dan il-jum aħna, il-Poplu ta’ dawn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, qegħdin niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Sidtna Marija, u magħha, qegħdin nirringrazzjaw lil Alla għaliex f’dan il-Jum li huwa reliġjożament għażiż, il-Poplu Malti ra il-ħelsien tiegħu wara żmien ta’ tbatija fl-Assedju l-Kbir, u fit-Tieni Gwerra Dinjija… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Settembru

Impenji tal-Arċisqof Settembru 7 – 13 It-Tnejn

08.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann u jbierek l-oqbra fiċ-ċimiterju anness, fl-okkażjoni tat-tifkira tal-Assedju l-Kbir.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Ħamsin anniversarju mill-professjoni ta’ tliet sorijiet tal-Karita’, fil-kunvent tagħhom, Ħal Balzan.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

Links dwar Talb, Meditazzjoni u Liturgijas

Prayer and Meditation

Liturgy

Liturgy Preparation

Christian Music

ASSEMBLEA DJOĊESANA 2009

Waqt l-Assemblea Djoċesana 2009 li tlaqqghet fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħ’Attard bejn id-9 u l-10 ta’ Ottubru, l-Arċisqof Pawlu Cremona, inawgura l-verżjoni diġitali tal-gazzetta IL-ĠENSillum, u l-website l-ġdida tal-Knisja f’Malta. Għal aktar informazzjoni dwar il-ĠensIllum żur is-sit www.mediacentre.org.mt Inżel ‘l isfel biex taqra aktar dwar l-Assemblea Djocesana.

L-ASSEMBLEA DJOĊESANA X’INHI?

L-Assemblea Djoċesana hi l-ġrajja ta’ darba fis-sena li tlaqqa’ flimkien, taħt il-presidenza tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP, lill-mexxejja u rappreżentanti oħra tal-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta… Kompli aqra »