Arkivji mensili: April 2010

5 – 11 ta’ April

It-Tnejn

8.00 p.m. L-Arċisqof ikun il-mistieden għall-ikel tal-Kan. Simon Goffrey, Kanċillier tal-Pro-Katidral ta’ San Pawl, Valletta.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-unur Care Malta Award, f’Casa Arkati, Mosta.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Old Girls tasSorijiet tas-Sacred Heart fil-ftuħ tal-Kungress Internazzjonali tagħhom f’Malta… Kompli aqra »

IL-KULLEĠĠ TAL-KARDINALI BĦALISSA JIĠBOR 109 ELETTURI

Fil-jiem li għaddew, żewġ kardinali għalqu 80 sena. Dan wassal biex l-għadd totali ta’ kardinali eleġibbli biex jivvutaw f’konklavi issa tela’ għal 109. Il-kardinal Adam Joseph Maida, Arċisqof irtirat ta’ Detroit għalaq 80 sena fit-18 ta’ Marzu, u l-Kardinal ta’ New Zealand Thomas Stafford Williams, Arċisqof irtirat ta’ Wellington, għalaq 80 is-Sibt 20 ta’ Marzu.

Il-Kulleġġ tal-Kardinali attwalment hu magħmul minn 182 membru, bi 73 minnhom ta’ 80 sena jew iktar, u għalhekk mhux iktar eleġibbli jivvutaw f’konklavi… Kompli aqra »

JITFAKKAR IL-ĦAMES ANNIVERSARJU TA’ PAPA ĠWANNI PAWLU II

Illum il-Kattoliċi u kristjani kollha madwar id-dinja ifakkru l-mewt ta’ wieħed mill-iktar Papiet maħbubin il-Papa Ġwanni Pawlu II. Kien proprju nhar l-Erbgħa 2 ta’ April ta’ ħames snin ilu li s-Serv ta’ Alla Ġwanni Pawlu II miet.

Kien proprju s-Sibt filgħaxija. Il-Pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan kienet mimlija bin-nies, kulħadd magħqud fit-talb għall-Papa marid u moribund fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

IL-PAPA FIS-SAJF LI ĠEJ GĦAL CASTEL GANDOLFO MINGĦAJR BTALA FL-ALPI

Il-Papa Benedittu XVI qed jippjana li jqatta’ s-sajf li ġej kollu kemm hu fir-residenza tiegħu tas-Sajf f’Castel Gandolfo, mingħajr il-jiem ta’ btala fl-Alpi.

“Is-sajf li ġej, il-Papa se jivjaġġa direttament mill-Vatikan lejn Castel Gandolfo sabiex iqatta’ l-perjodu sħiħ tas-sajf hemmhekk”, qalet stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

Il-Komunikat żied li l-Papa japprezza l-istedin li sarlu biex iqatta’ ftit żmien f’diversi reġjuni qalb il-muntanji… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TAR-RIT TAL-ĦASIL TAR-RIĠLEJN

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa Pontifikali li fiha saret it-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn, tat-twaqqif tas-saċerdozju u tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI L-PURĊISSJONI NAZZJONALI TAL-VIA CRUCIS

Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa it-talb tal-Via Sagra, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Fis-sena iddedikata lill-Qassisin, it-test magħżul għal Via Crucis, ġie meħud mill-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAĦTAR KUMMISSJONI TA’ STUDJU TAL-FENOMENU TA’ MEDJUGORJE

Il-Vatikan ħabbar li waqqfet Kummissjoni sabiex tidħol fil-fenomenu ta’ Medjugorje fil-Boznia-Herzegovina, fejn sitt żgħażagħ qalu li kellhom dehriet tal-Madonna fis-snin tmenin.

Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan,  qal li “twaqqfet kummissjoni Investigattiva internazzjonali dwar Medjugorje, taħt il-Presidenza tal-Kardinal Camillo Ruini, taħt il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi”.

Il-Kummissjoni magħmula mill-kardinali, isqfijiet, speċjalisti u esperti, se taħdem privatament, u tissottometti ir-riżultati tal-ħidma tagħha lill-awtorita tad-dekasteru… Kompli aqra »

DISCERN TMEXXI STUDJI DWAR ‘L-ESPERJENZA TAT-TFULIJA F’MALTA’

‘Experiencing Childhood in Malta’ is DISCERN Institute for Research on the Signs of the Times, latest publication authored by Rev Dr Joe Inguanez and Ms Rebecca Gatt. This study on the Maltese children’s thoughts and attitudes was commissioned by The Children’s Foundation of the Malta Financial and Services Authority.

Several studies indicate that children’s attitudes and behaviour are continuously being influenced by dynamic societal processes… Kompli aqra »

ID-DETTALJI DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA FIL-GROTTA TA’ SAN PAWL

Nhar, it-Tlieta 30 ta’ Marzu, 2010, il-Kumitat Organiżattivi taż–żjara tal-Papa taw id-dettalji dwar iz-zjara tal-QT il-Papa Benedittu fil-Knisja u l-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat, nhar is-Sibt 17 ta’ April. Il-post intagħżel mill-Papa innifsu li wera x-xewqa li jżur din il-Grotta li tinsab taħt il-Knisja.

Dakinhar,  il-Papa se jiltaqa’ mal-Missjunarji Maltin u Għawdxin fil-Knisja tar-Rabat. Madwar 350 missjunarju fosthom saċerdoti, sorijiet u lajċi huma mistennija jattendu għal din il-laqgħa… Kompli aqra »