Nhar, it-Tlieta 30 ta’ Marzu, 2010, il-Kumitat Organiżattivi tażżjara tal-Papa taw id-dettalji dwar iz-zjara tal-QT il-Papa Benedittu fil-Knisja u l-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat, nhar is-Sibt 17 ta’ April. Il-post intagħżel mill-Papa innifsu li wera x-xewqa li jżur din il-Grotta li tinsab taħt il-Knisja.

Dakinhar,  il-Papa se jiltaqa’ mal-Missjunarji Maltin u Għawdxin fil-Knisja tar-Rabat. Madwar 350 missjunarju fosthom saċerdoti, sorijiet u lajċi huma mistennija jattendu għal din il-laqgħa. Wara, il-Papa ser jagħmel mument ta’ talb fil-Grotta ta’ San Pawl. Din se tixxandar dirett fuq it-television u fil-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja tar-Rabat għal dawk kollha preżenti.

Photos – DOI, Clodagh Farrugia O’Neill