Arkivji mensili: Settembru 2010

IL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAT-TURIŻMU

Tema: It-turizmu u l-Biodiversita

Bit-tema tat-“Turizmu u l-Biodiversita’” li kienet proposta mill-Organizazzjoni Dinjija tat-Turizmu, il-Jum Dinji tat-Turizmu jispera li jaghti l-kontribuzzjoni tieghu lis-Sena Internazzjonali ghad-Diversita Biologika 2010, li kienet dikjarata mill-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda.

Din is-sejha saret imhabba it-thassib serju dwar “l-implikazzjonijiet socjali, ekonomici, ambjentali u kulturali li jtellfu l-biodiversita, li jinkludu l-effetti negattivi fil-kisbiet tal-Ghanijiet tal-Izvilupp tal-Millenju u l-htiega li jinholqu mizuri konkreti biex jreggghuha lura… Kompli aqra »

FR SAVIOUR GRIMA JISSUĊĊEDI LILL-FUNDATUR TAL-MILLENNIUM CHAPEL

Fr Saviour Grima OSA whose latest responsibility has been that of parish priest at St Augustine Church in Valletta has been appointed as new Director of the Millennium Chapel and WOW.  Fr Hilary Tagliaferro who founded the Millennium Chapel ten years ago will remain active at Millennium Chapel and will assist  Fr Saviour Grima to take on his role and to provide his constant support and experience… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Settembru

Luqa 9,46-50

Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.” Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min m’huwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ L-IKLIN

Archbishop Paul Cremona O.P. has appointed Fr Keith Bonniċi as the new Parish Priest of Iklin.

Fr Bonniċi, from Hamrun, was born on 1st November 1970. He attended Stella Maris School, Balzan and the Minor Seminary in Rabat.

He spent twenty years in Scotland where he led a monastic life for eleven years. He was ordained to the priesthood on the 6th November 1995… Kompli aqra »

27 ta’ Settembru – 3 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu ċ-Ċentri tal-Katakezi fil-Parroċċa tal-Imġarr, fejn qed jagħmel iż-Żjara Pastorali.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-Parroċċa tal-Imġarr.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokjali tal-Imġarr.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof iżur id-Dar tal-Anzjani u lill-Komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani Qalb ta’ Ġesu li jmexxu din id-dar, fl-Imġarr… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Settembru

Luqa 16, 19-31

“Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham… Kompli aqra »

IT-TIENI SENA TA’ ŻJARAT PASTORALI FIL-PARROĊĊI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, is-Sibt 25 ta’ Settembru, 2010 ta bidu għal Żjara Pastorali fl-Imġarr. Din hija t-tieni sena fil-programm ta’ żjarat pastorali mifruxa fuq perjodu ta’ ħames snin. L-għan ewlieni ta’ dawn iż-żjarat hu li l-Arċisqof jiltaqa’ direttament man-nies fil-parroċċi u ma’ dawk li jagħtu servizz lill-Knisja. Wara ż-żjara Pastorali fl-Imġarr, l-Arċisqof se jżur il-parroċċi tal-Mosta u l-Għargħur.

Bejn Ottubru 2009 u Ġunju 2010, l-Arċisqof żar 12-il parroċċa differenti… Kompli aqra »

MUMENTI SBIEĦ GĦALL-PROVINCJA FRANĠISKANA

F’ dan ix-xahar ta’ Settembru l-Provinċja Franġiskana ta’ S. Pawl Appostlu għexet tlett mumenti tassew sbieħ.

Nhar is-6 ta’ Settembru fil-knisja ta’ S. Franġisk, il-Ħamrun, Fra Aaron Abdilla O.F.M. għamel il-Professjoni Temporanja, wara li temm in-novizzjat ġewwa Assisi. Fra Aaron issa se jibda l-istudji tiegħu ġewwa l-Pontifiċia Universita Antonianum ta’ Ruma. Fl-istess waqt, Andrea Diacono, Clive Camilleri u Ramon Farrugia ħadu l-libsa franġiskana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Settembru

Luqa 9, 43-45

Kulħadd tnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor li ma bħalu ta’ Alla. “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

Kompli aqra »

ŻAGĦŻUGĦA BEATIFIKATA

Chiara Badano

Chiara Badano kienet żagħżugħa moderna: kienet tħobb tkanta, tiżfen, tilgħab it-tennis, fost ħafna affarijiet oħra, sakemm il-marda tal-kanċer serqitilha ħajjitha fl-eta ta’ 18-il sena. Is-Sibt 25 ta’ Settembru – jum speċjali li matulu f’ċerimonja preseduta mill-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, il-Kardinal Angelo Amato, f’isem il-Papa, Chiara se tkun beatifikata. Chiara kienet membru tal-Moviment tal-Fokolari mwaqqaf fl-Italja minn Chiara Lubich fl-1943.

Is-Sibt ukoll, eluf ta’ membri ta’ dan il-moviment fl-awla Pawlu VI fil-Vatikan jiċċelebraw l-ewwel beatifikazzjoni ta’ xi ħadd mill-moviment tagħhom… Kompli aqra »