Arkivji mensili: September 2010

IL-KATTOLIĊI AMERIKANI JAFU L-INQAS DWAR IR-RELIĠJONIJIET

World Religions thread

Ċittadini Amerikani jistgħu jkunu fost l-iktar reliġjużi fid-dinja żviluppata, iżda meta jiġu għal tagħrif dwar ir-reliġjonijiet, l-Ateisti Amerikani jirriżulta li jafu iktar mill-Insara fl-istess kontinent. Dan hu wieħed mir-riżultati ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika li dettalji tiegħu ħarġu fl-aħħar jiem. L-istħarriġ inħadem mill-Forum dwar ir-Reliġjon u l-Ħajja Pubblika fi ħdan iċ-Ċentru ta’ Riċerka, PEW.

L-istħarriġ staqsa 32 mistoqsija dwar ir-reliġjon – bħal x’reliġjon kienet tħaddan Madre Teresa, fejn twieled Kristu, x’reliġjon iħaddnu dawk li jgħixu fl-Indonesja, u jekk Dalai Lama hux Buddist… Kompli aqra »

‘QALBINNIES’ LURA FUQ TVM MINN NHAR IS-SIBT

Ghal sena ohra l-programm QalbinNies li jkun tant mistenni u segwit mit-telespettaturi Maltin u Ghawdxin ta’ kull eta’, ser jerga jkun ghal darba ohra maghna. QalbinNies hi produzzjoni li propju tesplora x’hemm fil-Qalb tan-Nies.

Din is-sena l-programm QalbinNies ser jinkorpora fih sit-com,  liema sitcom iddur ma’ hames karattri differenti…dak li jghaqqad lil dawn il-personaggi hu l-post tax-xoghol taghhom. Fil-programm ser naraw l-esperjenzi taghhom u l-problemi li jghaddu minnhom ta’ kuljum sew bejniethom fuq il-post tax-xoghol u sew fil-hajja privata taghhom, anke’ jekk dan isehh b’mod umoristiku… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Settembru

Luke 10,1-12

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.  … Kompli aqra »

RADJU MARIA JARA IKTAR SUĊĊESS MADWAR ID-DINJA. ISSA F’54 PAJJIŻ

Radio Maria

Il-kumpanija kattolika tax-xandir ‘Radju Marija’ qed tkompli tikber madwar id-dinja. Issa dan ir-Radju hu preżenti f’54 pajjiż b’65 stazzjon b’lingwi differenti. Riċentament, il-katina kattolika intlaqgħet ukoll fl-Isvizzera, fis-Slovakkja u fl-Ukrajna. Kienu inkorporati wkoll fil-familja globali ta’ Radju Marija madwar id-dinja tliet stazzjonijiet fl-Istati Uniti tal-Amerika; wieħed f’Washington, l-ieħor f’Boston u ieħor f’Chicago għal dawk li jitkellmu bl-islien Taljan.

Iktar minn hekk, fi ħdan il-kampanja ‘Maqgħudin f’komunjoni’, li hu proġett tal-Familja Globali ta’ Radju Marija biex l-istazzjon jixtered fil-kontinent Afrikan, tħabbar li se tkun il-Cameroon li se jkollha l-istazzjon il-ġdid li jmiss f’din il-katina dinjija… Kompli aqra »

GĦAQDA BIBLIKA MALTIJA TORGANIZZA KORSIJIET U SEMINAR

L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 8 korsijiet ġodda u seminar ta’ ġurnata fuq il-Bibbja bejn Ottubru u Diċembru 2010.  L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.

It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd.  Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Settembru

Gwanni 1,47-51

Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi?” qallu Natanjel,”int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael?” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

IR-RIGAL TAL-LIBERTA’: STORJA TA’ BIDLIET U SFIDI

Il-workshop internazzjonali tal-Konferenza Ewropea tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi tal-Knisja Kattolika saret ġewwa Vilnius, il-Litwanja bejn is-17 u d-19 ta’ settembru 2010. It-tema kienet “Ir-rigal tal-libertà: storja ta’ bidliet u sfidi”, rikonoxximent tal-20 sena anniversarju tal-indipendenza tal-Litwanja mill-ħakma tal-Unjoni Sovjetika.

Matul il-workshop saru numru ta’ laqgħat bejn il-parteċipanti u persuni li għexu dan il-perijodu. Huma qasmu mal-parteċipanti d-diffikultajiet li l-Litwanja kellha tegħleb sabiex kisbet l-indipendenza u l-isfidi li kellha minħabba l-esperjenza kiefra tal-okkupazzjoni sovjetika… Kompli aqra »

IL-PAPA JRID LI L-FAMILJI JITĦEJJEW GĦAL-LAQGĦA DINJIJA TAL-2012

Pope on the occasion of the World Meeting of the Families in Valencia, Spain

Il-Laqgħa Dinjija tal-Familji li jmiss hija fl-2012. Minkejja dan, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob diġa l-familji u l-parroċċi biex jibdew jitħejjew, in vista wkoll tal-eżortazzjoni appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II ‘Familiaris Consortio’.

Il-Papa għamel dan l-appell f’ittra lill-President tal-Kunsill Pomntifiċju għall-Familja, il-Kardinal Ennio Antonelli, liema ittra kienet ippubblikata din il-ġimgħa.It-tema għal-Laqgħa Dinjija li jmiss, li se tkun is-seba’ waħda, se tkun IL-FAMILJA: XOGĦOL U ĊELEBRAZZJONI… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Settembru

Luqa 9,51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom… Kompli aqra »

APPELL BIEX NIFTAKRU FIL-MALTIN LI QED JAQDU ĦIDMA MISSJUNARJA

Is-Segretarjat għas-Saċerdoti Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (SMPO) jsellem lis-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin li qed jaqdu dawn id-dmirijiet missjunarji u juri l-apprezzament tiegħu għall-ħidma siewja li dawn qegħdin iwettqu f’dan il-qasam.

Is-Segretarjat jistieden lill-Maltin biex meta jiltaqgħu madwar mejda, fil-familja u fi gruppi, jieqfu għal mument u jaħsbu fid-diffukultajiet li għaddejjin minnhom dawk li qegħdin jaħdmu fil-Pakistan u l-Indja.  … Kompli aqra »