Arkivji mensili: Settembru 2010

INAWGURAT ĊENTRU EDUKATTIV TAL-CARITAS SPONSORJAT MILL-VOICES

Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Settembru, 2010, ġie inawgurat Ċentru Edukattiv sponsorjat mill-Fondazzjoni Voices fiċ-Ċentru Terapewiku tal-Caritas Malta f’San Blas.  B’hekk il-Caritas issa għandha Ċentru Edukattiv mgħammar bl-aktar faċilitajiet riċenti, u dan se jgħin biex jgħolli l-livell tal-edukazzjoni li tingħata lill-klijenti tal-Caritas bħala parti mill-programm tagħhom għar-riabilitazzjoni mill-użu tad-droga.  Iċ-Ċentru ser joffri wkoll titjib f’dak li huwa taħriġ tal-istaff tal-Caritas.

Iċ-Ċentru gie inawgurat miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Voices s-Sur Antonello Gauci u mid-Direttur tal-Caritas Malta Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Settembru

Luqa 9, 18-22

Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »

IL-PAPA JFAKKAR IL-100 SENA MILL-KARITAJIET KATTOLIĊI FL-AMERIKA

USA Catholic Charities

Il-Papa Benedittu XVI wiegħed it-talb fl-okkażjoni tal-100 anniversarju tal-Karitajiet Kattoliċi fl-Istati Uniti tal-Amerika, li ta’ kull sena jilħqu mad-9 miljun persuna. Il-Papa bagħat messaġġ lill-organizzazzjoni permezz ta’ ittra datata l-11 t’Awwissu mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, lill-President tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, il-Kardinal Paul Josef Cordes.

L-ittra tgħid li l-Papa jitlob “li l-anniversarju ċelebrat bħalissa ikun okkażjoni ta’ gratitudni lejn Alla għall-ħsad abbundanti ta’ ġenerożita, solidarjeta u ħidma sfieqa”… Kompli aqra »

MALTA TAGĦTI L-KONTRIBUT TAGĦHA FIR-RAPPORT DWAR L-EPILEPSY MĦEJJI MINN ‘WHO’

Malta has contributed to Fostering Epilepsy Care in Europe report just published by the World Health Organization (WHO) and the two international epilepsy organisations, the International Bureau for Epilepsy (IBE) and the International League Against Epilepsy (ILAE).  This report was launched during the recent Epilepsy and Society conference which was held in Porto, Portugal last month. The conference was attended by committee members of the Caritas Malta Epilepsy Association… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Settembru

Luqa 9,7-9

Dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah… Kompli aqra »

JITĦABBRU D-DETTALJI GĦAL VJAĠĠ TAL-PAPA LEJN PALERMO

Square of Cathedral of Palermo

Wara li l-Papa Benedittu XVI temm iż-żjara statali tiegħu r-Renju Unit, diġa qed jippjana l-vjaġġ pastorali li jmiss… din id-darba lejn Palermo l-Italja. Komunikat tal-Vatikan ħareġ bid-dettalji tal-vjaġġ tal-Papa skedat għat-3 t’Ottubru fl-okkażjoni tal-laqgħa reġjonali tal-familji u ż-żgħażagħ.

Il-Papa se jkun qed jippresiedi quddiesa fl-apert fl-10.30am fil-Foro Italico Umberto I u wara jmexxi r-reċita tal-Angelus. Il-Papa, fil-5pm jiltaqa’ mas-saċerdoti, reliġjużi u seminaristi fil-katidral ta’ Palermo… Kompli aqra »

Darryl Ellul jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI

Waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajti hija bla dubju ta’ xejn l-esperjenza tiegħi mal-papa. Kont wieħed mill-għaxra ffortunati li qattajna 20 minuta mal-papa Benedittu XVI fuq il-katamaran fiż-żjara tiegħu ġewwa Malta f’April ta’ l-2010. Din l-esperjenza għallmitni li int min int u int x’int, m’għandek qatt tħossok xi ħaga fuq ħaddiehor.

L-iktar ħaġa li laqtitni jien fil-papa hi l-umilta’. Tara lill-papa jagħmillek is-sinjal biex tersaq viċin tiegħu kien mument kommoventi ħafna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Settembru

Luqa 9,1-6

Sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejjqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejjqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi. Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu. Jekk ma jilqgħukomx, oħorġu minn dik il-belt u farfru sa t-trab tagħha minn ma’ riġlejkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu, mela, u bdew iduru l-irħula jxandru l-Evanġelju u jfejjqu l-morda kullimkien… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF F’JUM L-INDIPENDENZA

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Aħna llum qiegħdin niċċelebraw il-Festa tal-Indipendenza f’pajjiżna li seħħet fl-21 ta’ Settembru, 1964. Biss, il-Poplu Malti, immexxi mill-mexxejja politiċi tiegħu, ħass li jrid ikompli jibni fuq dan u għalhekk wasal biex aħna niċċelebraw ukoll bħala kontinwazzjoni ta’ dan, anki Jum ir-Repubblika fit-13 ta’ Diċembru u Jum il-Ħelsien fit-31 ta’ Marzu. F’dawn is-snin il-poplu mexa politikament biex dejjem iktar jikseb l-identita’ politika tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Settembru

Mattew 9, 9-13

Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja?” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”  Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda.   … Kompli aqra »