Arkivji mensili: Settembru 2010

QUDDIESA FIL-FTUĦ TA’ SENA ĠDIDA TA’ ĦIDMA PASTORALI

Nhar is-Sibt, 18 ta’ Settembru, 2010, l-Arċisqof  Pawl Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-sena ġdida ta’ ħidma fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Virtu’.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Settembru

Luqa 8,16-18

“Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl. Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu! Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li jaħseb li għandu.”

Kompli aqra »

IL-PAPA JIBBEATIFIKA LILL-KARDINAL JOHN HENRY NEWMAN

Matul il-jum tal-Ħadd intlaħaq il-qofol taż-żjara tal-Papa Benedittu Sittax fl-Ingilterra u fl-Iskozja bil-quddiesa tal-Beatifikazzjoni tal-Kardinal John Henry Newman f’Birmingħam. John Henry Newman, li kien Anglikan, kien ikkonverta għall-Kattoliċiżmu.

Il-Papa Benedittu Sittax, fl-omelija tiegħu quddiem eluf ta’ nies waqt il-beatifikazzjoni tal-Kardinal John Henry Newman f’Birmingham fir-Renju Unit, sejjaħ din il-ġurnata bħala ‘ġurnata ta’ risq.’ Il-Papa fakkar fis-70 anniversarju mill-Battalja tal-Ingilterra billi ta ġieh lil dawk li ssaggrifikaw ħajjithom billi rreżistew ‘l-ideoloġija ħażina’ tar-reġim tan-Nażi… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPRESIEDI L-ASSEMBLEA DJOĊESANA

Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Settembru, 2010, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. ippresiedi l-Assemblea Djoċesana fiċ-ĊAK, B’Kara.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek… Kompli aqra »

20 – 26 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill tal-Moviment ta’ Kana, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK), Birkirkara.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ l-Imġarr, Dun Antoine Borġ, dwar iż-Żjara Pastorali li se ssir fil-Parroċċa tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Settembru

Luqa 16,1-13

Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? … Kompli aqra »

ATTIVITAJIET GĦALL-ĠURNATA MISSJUNARJA DINJIJA 2010

Matul Ottubru, l-Uffiċċju Missjunarju, f’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ għaqdiet u kongregazzjonijiet missjunarji, qed jorganizza żewġ attivitajiet pubbliċi biex jiċċelebra l-Ġurnata Missjunarja Dinjija 2010, li din is-sena se tkun iċċelebrata fl-24 ta’ Ottubru.

F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, kelliem għall-dan l-Uffiċċju, John Bason, fakkar li Ottubru huwa x-xahar dedikat lill-missjonijiet, u għal darb’oħra l-Uffiċċju Missjunarju Pontifiċju se jkun qed jorganizza attivitajiet għal din l-okkażjoni maħsuba għall-familja kollha “biex din il-Ġurnata, li tiġi darba fis-sena, tkun ċelebrata kif jixraq”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Settembru

Luke 8,4-15

Nġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta’ l-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA GĦALL-MEMBRI TAL-GRUPP VOICES

Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Settembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Kappella ta’ l-Universita’, għall-membri tal-grupp Voices.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek… Kompli aqra »