Arkivji mensili: Novembru 2010

KIF IL-MEDJA TINFLUWENZA IN-NISRANI

How can Catholics live in a media-saturated culture?’ u ‘The World in our face – How do people of faith download the best and leave the rest?’ ser ikunu ndirizzati f’żewġ seminars li ser isiru nhar il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta’ Novembru, 2010. Rev. Dr. Richard Leonard SJ, lecturer fl-Universita’ Pontifikali Gregorjana, f’Ruma ġie mistieden jindirizza dawn is-seminars… Kompli aqra »

IL-PAPA TUL NOVEMBRU JITLOB GĦAL DAWK FIL-PROBLEMA TAD-DROGA

Pope greets the crowd

Matul ix-xahar ta’ Novembru l-Papa Benedittu XVI qiegħed jitlob b’mod speċjali għal dawk fil-vizzju tad-droga, għal dawk li jużawha jew huma dipendenti fuqha jew fuq xi tip ta’ sustanza.

L-Appostolatura tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet li għażel il-Papa għal dan ix-xahar ta’ Novembru. Qalet li qed jitlob bl-intenzjoni ġenerali li “l-vittmi tad-droga jew ta’ kwalunkwe sustanza dipendenti oħra, bl-appoġġ tal-komunita nisranija, isibu l-qawwa li jbiddlu ħajjithom radikalment, bis-saħħa u l-għajnuna t’Alla Salvatur”… Kompli aqra »

L-ISQOF MARIO GRECH IĦABBAR FTUĦ IL-PROĊESS TA’ BEATIFIKAZZJONI TA’ SAĊERDOT GĦAWDXI

L-Isqof t’Għawdex Mario Grech ħabbar li se jingħata bidu għall-proċess djoċesan biex tkun evalwata l-possibilità ta’ elementi ta’ qdusija fil-ħajja ta’ Dun Mikiel Attard, li miet sitt snin ilu. Dan, għalhekk, huwa l-bidu tal-proċess ta’ beatifikazzjoni ta’ dan is-saċerdot Għawdxi.

L-Isqof Grech ħatar lil Dun Anton Sciberras tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl bħala l-Postulatur tal-Kawża ta’ Dun Mikiel Attard, u lil Fr Daniel Xerri, Rettur tas-Seminarju t’Għawdex, bħala Viċi-Postulatur… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Novembru

Luqa 14,25-33

Kotra kbira ta’ nies kienet miexja miegħu; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ‘l ommu u lil martu u lil uliedu, ‘l ħutu subjien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi. “Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwelnett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-aħħar? … Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-GĦARGĦUR

4 – 13 ta’ Novembru

L-Erbgħa, 3 ta’ Novembru

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan.

Il-Ħamis, 4 ta’ Novembru

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili fiċ-Ċentru Pastorali.

Is-Sibt, 6 ta’ Novembru

4.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Novembru

Gwann 6,37-40

Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ‘il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma  r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajjmu mill-imwiet  fl-aħħar jum. Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.”

Il-Qaddis tal-Jum: Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha Kompli aqra »

SEBGĦA MAQTULA FI KNISJA KATTOLIKA SIRJANA F’BAGHDAD

children flee Church attack

Sitwazzjoni ta’ persuni miżmuma ostaġġi fil-Kattidral Sirjan Kattoliku f’Sayidat al-Najat, Baghdad, spiċċat bil-Pulizija tintervjeni u tassedja l-Knisja. Mill-inqas seba’ persuni huma mejta u mal-għoxrin huma midruba.

Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, afferma li s-Santa Sede segwiet mill-qrib kull żvilupp. Sfortunatament hu mifhum li persuni armati daħlu l-Knisja waqt il-Liturġija tal-Ħadd u ħatfu l-kongregazzjoni sħiħa b’ostaġġ. L-Arċisqof Sirjan-Kattoliku Georges Casmousa ta’ Mosul irrapporta l-ġrajja bit-telefon f’kummenti lill-Komunita San Egidio… Kompli aqra »

ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa li matulha se jordna saċerdot lil Rev. Robert Galea. Il-funzjoni, li tibda fis-6:30 ta’ filgħaxija, se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti kollha, speċjalment għal Rev. Robert Galea li se jiġi ordnat saċerdot dakinhar.

Rev. Robert Galea li għandu 28 sena u li hu mill-parroċċa tal-Ibraġ beda l-istudju tiegħu fl-2003 fis-seminarju tal-Arċisqof hawn Malta… Kompli aqra »