children flee Church attack

Sitwazzjoni ta’ persuni miżmuma ostaġġi fil-Kattidral Sirjan Kattoliku f’Sayidat al-Najat, Baghdad, spiċċat bil-Pulizija tintervjeni u tassedja l-Knisja. Mill-inqas seba’ persuni huma mejta u mal-għoxrin huma midruba.

Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, afferma li s-Santa Sede segwiet mill-qrib kull żvilupp. Sfortunatament hu mifhum li persuni armati daħlu l-Knisja waqt il-Liturġija tal-Ħadd u ħatfu l-kongregazzjoni sħiħa b’ostaġġ. L-Arċisqof Sirjan-Kattoliku Georges Casmousa ta’ Mosul irrapporta l-ġrajja bit-telefon f’kummenti lill-Komunita San Egidio. Hu mifhum ukoll li l-agressuri baqgħu deħlin bil-vettura tagħhom fid-daħla tal-Bażilika u qatlu mill-ewwel tnejn min-nies. Il-kongregazzjoni ta’ madwar 50 persuna, qal li ġabarha f’kamra fuq wara, li ftit tas-sekondi wara ntefa’ fiha splussiv li sploda bil-konsegwenza li xi nies kienu gravament feruti.

L-Arċisoqf qal li l-aggressuri allegaw li kienu jappartjenu għall-organizzazzjoni ‘The Islamic State of Iraq’. Dan waqt li qal li talbu biex jinħelsu persuni mill-organizzazzjoni tagħhom li kienu miżmuma arrestati fl-Iraq u fl-Eġittu.

Kollox jindika li fost il-vittmi mejta kien hemm ukoll tifla żgħira.

L-attakk kien ikkundannat. Fl-1 t’Awwissu 2004 l-istess Kattidral kien fil-mira ta’ attakk ieħor li kien ħalla mill-inqas 12-il vittma mejta.