Arkivji mensili: Novembru 2010

ID-DIKKJARAZZJONI TAN-NULLITA’ U DIVORZJU – X’INHI D-DIFFERENZA?

Fid-diskussjoni preżenti dwar jekk id-divorzju jiddaћћalx jew le f’pajjiżna, d-dikjarazzjoni ta’ nullita taż-żwieġ, kemm fil-Knisja kif ukoll barra l-Knisja, ħafna drabi hi mifhuma ħażin.  Sabiex ikollna diskussjoni serja u matura huwa importanti ħafna li nżommu f’rasna l-elementi essenzjali li jirregolaw kemm id-dikjarazzjoni ta’ nullita’ kif ukoll id-divorzju.

Kulħadd huwa mistieden għal taħdita li ser jagħmel fuq dan is-suġġett Mons Joseph Bajada, Vigarju Gudizzjali tat-Tribunal tat-Tieni Istanza… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JORDNA LIL FR ROBERT GALEA PRESBITERU

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha ordna lir-Rev. Robert Galea bħala Presbiteru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Rev. Robert Galea li għandu 28 sena u li hu mill-parroċċa tal-Ibraġ beda l-istudju tiegħu fl-2003 fis-seminarju tal-Arċisqof hawn Malta. Fuq xewqa tiegħu stess, fl-2007 saret talba mill-Isqof Malti ta’ Sandhurst, Mons. Joe Grech, biex Robert ikompli l-istudji tiegħu fl-Awstralja, liema talba kienet ġiet milqugħa mill-Arċisqof Pawlu Cremona… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Novembru

Ġwanni 2,13-22

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ‘il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.’ Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦALL-PROTEZZJONI TAL-FAMILJA

Kompli aqra »Pope Il-Papa Benedittu XVI qal li mhux biżżejjed għal soċjeta li tavvanza fl-isferi kulturali, soċjali u tekniċi jekk ma tagħmilx avvanzi morali. Meta kien qed jikkonsagra l-Knisja Sagrada Familia bħala Bażilika, waqt iż-żjara tiegħu fi Spanja, il-Papa qal li l-Knisja bdiet bħala inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Ħbieb ta’ San Ġużepp, li xtaqet tiddedikaha lill-Familja Mqaddsa ta’ Nazareth. Il-Papa kompla jgħid li d-dar li fiha trabba Ġesu, ma’ Marija u Ġużeppi, dejjem kienet skola ta’ mħabba, talb u xogħol…

KUNGRESS KATEKETIKU NAZZJONALI ‘NIFTĦU L-MAPPA’

Bejn il-11 u 13 ta’ Novembru, 2010, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), B’Kara, is-Segretarjat għall-Katekeżi qiegħed jorganizza l-Kungress Kateketiku Nazzjonali bit-tema ‘Niftħu l-Mappa’.  Dan il-Kungress se joffri l-opportunita’ biex dawk responsabbli minn dan il-qasam hekk importanti, jiżnu u jixtarru l-operat tal-Knisja fir-rigward tal-katekeżi. Il-mistoqsija li se ssir riflessjoni dwarha matul dan il-kungress hi ‘kemm il-katekeżi qed twassal biex finalment twelled dixxippli ġodda għall-Mulej?’ Minn dan jiddependi kemm il-ħidma preżenti qed twassal għall-bini tal-Knisja li tista’ tkun tassew sinjal u strument tal-imħabba infinita tal-Mulej għall-bniedem… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-GĦARGĦUR

Nhar is-Sibt, 6 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Għargħur, u wara iltaqa man-nies.

Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Għargħur AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Novembru

Luqa 17,1-6

Darba lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘Jisgħobbija,’ aħfirlu.” L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra  tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom… Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tad-Duttrina ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Għargħur.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni mill-parroċċa tal-Għargġur li jixtiequ jkellmuh.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Sekondarja Għolja, fin-Naxxar u jikkonsagra l-istudenti u l-membri tal-istaff lil Qalb ta’ Ġesu u ta’ Marija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Novembru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Luqa 20,27-38

Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem,” qalulu,”Mosè ħallielna miktub, ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal… Kompli aqra »