Fid-diskussjoni preżenti dwar jekk id-divorzju jiddaћћalx jew le f’pajjiżna, d-dikjarazzjoni ta’ nullita taż-żwieġ, kemm fil-Knisja kif ukoll barra l-Knisja, ħafna drabi hi mifhuma ħażin.  Sabiex ikollna diskussjoni serja u matura huwa importanti ħafna li nżommu f’rasna l-elementi essenzjali li jirregolaw kemm id-dikjarazzjoni ta’ nullita’ kif ukoll id-divorzju.

Kulħadd huwa mistieden għal taħdita li ser jagħmel fuq dan is-suġġett Mons Joseph Bajada, Vigarju Gudizzjali tat-Tribunal tat-Tieni Istanza. Matul it-taћdita Mons Bajada ser jikkjarifika u jispjega fid-dettal id-differenza bejn dikjarazzjoni ta’ nullita’ u d-divorzju.

Il-laqgħa ser issir nhar l-Erbgha, 10 ta’ Novembru, 2010 fis-Sala Mons Mikiel Gonzi, ġewwa l-Istitut Kattoliku, Floriana.  Il-laqgħa tibda fis-7.00 ta’ filgħaxija.  Din hija laqgħa oħra fis-serje ta’ laqgħat Żwieg b’Saħħtu imnedija mill-Moviment ta’ Kana biex tippromwovi it-tisħiħ taż-żwieġ u l-ħajja tal-familja.