Arkivji mensili: Diċembru 2010

AWGURI TAL-ISTAĠUN TAL-FESTI LILL-ISQFIJIET

Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u tal-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP u l-Isqof Annetto Depasquale, nhar il-Ħadd 26 ta’ Diċembru, bejn id-9.00 a.m. u l-11.30 a.m, se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun. Din is-sena, l-bdil tal-awguri se jsir fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana. Għal dan il-għan, il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja (u mhux il-bieb prinċipali) se jkun miftuħ għan-nies… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Dicembru

Il-Ħames Jum – Novena tal-Milied

Luqa 1,39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? … Kompli aqra »

IT-TALB U L-MEDITAZZJONI NISRANIJA

Billi llum, għall-grazzja ta’ Alla, hawn ħafna gruppi ta’ spiritwalita’ li jiltaqgħu b’mod regolari u ta’ spiss għal laqgħat ta’ talb jew irtiri jew seminars spiritwali, il-Konferenza Episkopali tixtieq tfakkar fil-kontenut siewi li hemm fl-Ittra Orationis Formas, maħruġa mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi fil-15 t’Ottubru 1989, u li tinsab fuq is-sit tal-Vatikan.

AGHFAS HAWN biex tniżżel dan id-dokument.

CLICK HERE to download this document… Kompli aqra »

“L-EVANĠELIZZAZZJONI TEĦTIEĠ IS-SENS TAS-SAGRU”

Vatican Christmas Tree

Il-Predikatur Pontifiċju Patri Raniero Cantalamessa qal li r-ri-evanġelizzazzjoni tad-dinja sekularizzata teħtieġ li tirkupra s-sens ta’ dak li hu sagru.

Il-Patri Kapuċċin Cantalamessa qal dan fl-aħħar mis-serje ta’ ċerimonji tal-Avvent fil-preżenza tal-Papa u l-Kurja ta’ Ruma. Huwa tkellem dwar l-idea ta’ kontribut għall-ħtieġa tal-Knisja għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.

Dan qal li jsir b’eżaminazzjoni ta’ tliet ostakli għall-messaġġ evanġeliku li identifikahom bħala s-sekulariżmu, dak marbut max-xjenza u r-razzjonaliżmu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Dicembru

Ir-raba’ Jum: Novena tal-Milied

Luqa 1,26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Diċembru

Ir-raba’ Ħadd tal-Avvent

‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,u jsemmuh Għimmanu-El’

Mattew 1,18-24

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies… Kompli aqra »

KUNĊERT TA’ KARITA’ GĦALL-MILIED ORGANIZZAT MINN JOSEPH CALLEJA

Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Diċembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għall-kunċert ta’ karita’ għall-Milied minn Joseph Callejja, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar.

Calleja pprezenta donazzjoni ta’ 81,200 ewo lil Fr Michael Agius (rettur) biex jitlesta dan is-Santwarju. Joseph Calleja pprezenta lill-Arċisqof 15-il envelope b’donazzjoni ta’ flus biex jingħataw lil 15-il familja fil-bzonn bil-għan li dawn ikollhom Milied aħjar.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

DOKUMENTARJI DWAR L-OSTAKLI LI JGĦADDU MINNHOM L-IMMIGRANTI RREGOLARI F’MALTA

Dun Joseph Cassar, id-Direttur tas-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati f’Malta, qal li l-immigranti irregolari li jaslu Malta ma jbatux biss mill-faqar ekonomiku iżda anki minn dak psikoloġiku.

Huwa qal dan b’rabta mat-tnedija tad-dokumentarju bl-isem ta’ Suspended Lives li jittratta l-ħajja tal-immigranti f’Malta, u li huma l-immigranti stess li jirrakkontaw id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »