Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u tal-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP u l-Isqof Annetto Depasquale, nhar il-Ħadd 26 ta’ Diċembru, bejn id-9.00 a.m. u l-11.30 a.m, se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun. Din is-sena, l-bdil tal-awguri se jsir fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana. Għal dan il-għan, il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja (u mhux il-bieb prinċipali) se jkun miftuħ għan-nies. Dakinhar, għal ħabta tal-10.00 a.m. l-Arċisqof jgħaddi messaġġ lil dawk preżenti.

Fl-Ewwel tas-Sena, fid-9.00 a.m, l-Isqfijiet se jkunu fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt fejn dakinhar huma jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri.