FOND TAL-CARITAS GĦALL-VITTMI TA’ HAITI
14/01/2010Il-Caritas Malta fetħet fond jiex jinġabru flus b’risq il-vittmi tat-terremot ta’ Haiti u l-familji tagħhom.
Il-fond tnieda bl-approvazzjoni tal-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona OP u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, li appellaw għall-ġenerożita biex tingħata l-għajnuna kollha possibbli lil dawk li qed ibatu minħabba l-konsegwenzi tat-terremot.
Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-kappillani ta’ Malta u Għawdex jew jintbagħtu direttament lill-Caritas permezz ta’ ċekk pagabbli lil ‘Caritas Haiti Fund’, fl-indirizz: Caritas Malta, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514… Kompli aqra »