Susanna Maiolo

Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-ġiżwita Federico Lombardi ħareġ b’din l-istqarrija wara l-udjenza ġenerali tal-Papa din il-ġimgħa…

“F’għeluq l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa kellu laqgħa qasira ma’ Susanna Maiolo biswit l-awla Pawlu VI fil-Vatikan.

“Maoilo esprimiet mal-Papa sens ta’ dispjaċir għall-inċident li seħħ fi ftuħ iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ nofsillejl fil-Milied li għadda. Min-naħa tiegħu l-Papa esprima l-maħfra tiegħu u wera wkoll interess fil-persuna u awguralha s-saħħa.

“Maiolo kienet akkumpanjata minn żewġ membri tal-familja tagħha.

“Fir-rigward tal-investigazzjonijiet imnedija mill-Maġistrati tal-Istat tal-Vatikan, dawn għandhom jissuktaw sakemm jaslu għall-konklużjoni tagħhom”.