L-ISQOF CAUCHI JMUR LURA F’DAR IL-MISSIER TAS-SEMA
15/11/2010KOMUNIKAT MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX
Id-Djoċesi ta’ Għawdex tinsab f’luttu peress li llum, l-E.T, Mons. N. Cauchi, Isqof Emeritus, għamel il-passaġġ għal ħdan il-Missier etern. F’sens ta’ rispett filjali u bi gratiduni profonda lejn l-Isqof Cauchi li fl-episkopat tiegħu rawwimna fil-fidi fi Kristu, sawwarna bħala Knisja u akkumpanjana fit-tibdil soċjali li seħħ f’dawn l-aħħar 40 sena, insejjaħ lill-Knisja kollha biex toffri talb b’sufraġju tiegħu… Kompli aqra »