Yearly Archives: 2010

Lejla tal-Voluntiera: Ritorn 2010

Nhar il-Ġimgħa 8 t’Ottubru, l-Arċisqof Pawl Cremona ser jilqa’ lura lill-mijiet ta’ voluntiera żgħażagħ li qattgħu dan is-sajf ma’ persuni fil-bżonn. Il-voluntiera ħadu sehem fi proġetti kemm f’Malta kif ukoll barra, saħansitra f’artijiet imbiegħda bħall-Etijopja, l-Indja u l-Peru, fejn impenjaw rwieħhom ma’ komunitajiet u individwi emarġinati.

F’din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ritorn, iż-żgħażagħ se jaqsmu l-eperjenzi u l-ħsibijiet tagħhom mal-Arċisqof li, min-naħa tiegħu, ħa jippreżentahom b’tiftikra… Kompli aqra »

L-OMELIJA TAL-VIGARJU ĠUDIZZJALI FIL-FTUGĦ TAS-SENA FORENSI

It-tradizzjoni fil-Knisja li fil-bidu tas-sena Ġudizzjarja l-Imħallfin u l-Amministraturi tal-Ġustizzja jersqu lejn l-artal biex jitolbu l-għajnuna ta’ Alla, l-Ispirtu s-Santu, biex jgħinhom fit-twettiq tal-ministeru tagħhom ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja bdiet fil-Medju Evu.

Kien iż-żmien fil-ħajja tal-Knisja meta kien hemm qbil u ftehim dwar l-għaqda essenżjali bejn ir-raġuni u il-fidi. U l-Imħallfin, l-avukat u l-uffiċjali l-oħra tal-Qrati tal-Ġustizzja li huma nsara konvinti jifhmu, anki llum, li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f’soċjetà li għadha tħaddan il-valuri nsara, ma tistax titqiegħed fuq bażi soda jekk ma jkollhiex bħala fundament tagħha l-obbedjenża lejn il-Liġi ta’ Alla.    … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Ottubru

Mattew 11, 25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid  is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu  l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.”Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid  jgħarrafhulu… Kompli aqra »

4 – 10 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.50 p.m. L-Arċisqof jasal lura mill-Kroazja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja ta’ l-Imġarr.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa tal-Imġarr.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assembleja Parrokjali tal-Imġarr.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-E.T. Efisio Luigi Marras, l-Ambaxxatur il-ġdid ta’ l-Italja għal Malta, jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof fil-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Ottubru u ‘Kelma ghall-Hajja’

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni ricenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Luqa 17, 5-10

L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi.” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut, ‘Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,’ u hi kienet tisma’ minnkom… Kompli aqra »

ŻGĦAŻAGĦ MALTIN JISTGĦU JIRBHU BILJETTI FL-EWWEL FILLIERA FIL-VELJA TAL-WYD

Żgħażagħ Maltin jistgħu jidħlu biċ-ċans li jirbħu żewġ biljetti li jagħtuhom l-opportunità li jkunu fl-ewwel filliera fil-Velja mal-Papa Benedittu XVI li se ssir fl-20 ta’ Awissu 2011 f’Cuatro Vientos, Madrid, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Dan tħabbar iktar kmieni din il-ġimgħa fi stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Ottubru

Mattew 18, 1-5.10

F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom  u qalilhom,”Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

F’OTTUBRU L-PAPA JITLOB SPEĊJALMENT GĦALL-UNIVERSITAJIET KATTOLIĊI

Pope Benedict XVI

Matul Ottubru, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob b’mod speċjali għall-Universitajiet Kattoliċi, partikolarment sabiex isiru postijiet fejn in-nies isibu mwaħħda l-fidi u r-raġuni.

L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa tul Ottubru. L-intenzjoni ġenerali tat-talb tiegħu hija “sabiex l-Universitajiet Kattoliċi isiru dejjem iżjed postijiet fejn, fid-dawl tal-Vanġelu ta’ Kristu, in-nies jesperjenzaw għaqda u twaħħid tal-fidi u r-raġuni”.

Il-Papa, bħas-soltu jagħżel ukoll intenzjoni appostolika għat-talb tiegħu… Kompli aqra »