Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Settembru

Luqa 5, 33-39

Iżda huma qalulu: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu?” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb ta’ l-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.” Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima… Kompli aqra »

IL-PAPA F’SETTEMBRU JITLOB GĦAL PROGRESS SOĊJALI AWTENTIKU

Matul ix-xahar ta’ Settembru l-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal progress soċjali awtentiku u għal tmiem il-kunflitti mdemmija u l-gwerer.

L-Appostolatura ta’ Talb tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet magħżula mill-Papa għax-xahar ta’ Settembru. L-intenzjoni ġenerali tat-talb tiegħu għal dan ix-xahar hija “biex fl-inqas reġjuni żviluppati tad-dinja, il-Kelma t’Alla mxandra iġġib tiġdid fil-qlub, bit-tama li kull individwu ikun protagonista ta’ progress soċjali awtentiku”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Settembru

Luqa 5, 1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuqu biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ‘il barra mill-art; mbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ STUDENTI KARMELITANI TEREŻJANI EWROPEJ F’MALTA

F’dawn il-jiem qed ssir f’Malta “Il-Laqgħa Studenti Ewropej” tal-Ordni Karmelitan Tereżjan fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Din il-laqgħa bdiet nhar is-Sibt, 28 ta’ Awwissu, u tintemm għada l-Hamis, 2 ta’ Settembru, 2010.

Qegħdin jiltaqgħu mal-85 parteċipant, bejn studenti u s-surmastrijiet tagħhom. It-tema għal din il-laqgħa hija Sollicitudo omnium ecclesiarum (2 Kor 11, 28), għax trid tistħarreġ l-Evanġelizzazzjoni fl-Ewropa mill-Karmelu, fl-ispirtu ta’ San Pawl… Kompli aqra »

Brendan Buttiġieġ jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI

Jiena kont iż-żagħżugħ fortunat mill-Munxar, li ġejt magħżul biex nirrappreżenta ż-żgħażagħ Għawdxin matul iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Jien kont innominat mill-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, fejn jien attiv bħala katekist fil-Fergħa tal-Mużew ta’ Sannat u nvolut sew fil-Moviment taż-Żgħażagħ. Fortunatament, ix-xorti messet lili biex inkun daqsek qribu. Jien kont eċċitat ħafna x´ħin kont fuq il-katamaran flimkien mal-Papa mill-Kalkara sal-Valletta Waterfront… Kompli aqra »

DIFIŻA TAŻ-ŻWIEĠ B’SERVIZZ GĦAX ŻWIEĠ STABBLI JWASSAL GĦAL INQAS FALLIMENTI

“Kif jista’ xi ħadd jippretendi li l-Knisja ma tiftaħx ħalqha favur mezzi preventivi biex jippromwovu u jiddefendu l-istabbiltà taż-żwieġ?”

F’nota pastorali maħruġa llum, l-Isqfijiet Maltin saħqu li hu dmir tal-Knisja “quddiem Alla” u fis-“servizz b’risq is-soċjetà” li xxandar da dak li temmen fih fuq bosta temi, inklużi ż-żwieġ u l-familja u dan għaliex żwieġ stabbli jwassal għal inqas tkissir taż-żwieġ. Huma wissew kontra t-tnedija ta’ kruċjati kontra d-divorzju iżda saħqu wkoll li “f’soċjetà pluralistika m’għandux ikun hemm opinjoni waħda biss li tinstama’, u jkun ta’ ħsara għad-demokrazija jekk xi ħadd jipprova jsikket opinjonijiet diversi! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Settembru

Luqa 4,38-44

Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom. Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom. Minn ħafna nies bdew joħorġu wkoll ix-xjaten, jgħajjtu u jgħidu: “Inti Bin Alla?” Iżda hu kien jheddidhom u ma ħallihomx jitkellmu, għax huma kienu jafu li hu l-Messija… Kompli aqra »

GĦELUQ IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-1950 SENA MILL-MIĠJA TA’ SAN PAWL F’MALTA

Nhar is-Sibt, 28 ta’ Awissu, 2010, il-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, il-post tradizzjonalment assoċċjat man-nawfraġju u l-miġja ta’ San Pawl f’Malta, għalaq is-sena ddedikata lill-1950 anniversarju b’ċelebrazzjoni mill-aktar sinjifikanti.

Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar. Fl-aħħar tal-Quddiesa, l-Kan. Arċipriet tar-Rabat, Dun Louis Suban, ippreżenta ġebla mill-grotta ta’ San Pawl li ser titqiegħed fuq l-artal ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali… Kompli aqra »

XHUR IMPENJATTIVI GĦALL-PAPA

Sakemm bħalissa l-Papa Benedittu XVI jinsab f’Castel Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma, li hi r-residenza tiegħu tas-Sajf, il-media diġa tefgħet għajnejha fuq il-programm ta’ attivitajiet li għandu diġa skedati quddiemu l-Kap tal-Knisja Kattolika fix-xhur li ġejjin sa tmiem is-sena. Qabel iħalli Castel Gandolfo fi tmiem ix-xahar id-dieħel għandu tliet avvenimenti importanti.

Sa dakinhar, saret il-laqgħa, appuntament annwali, tal-Papa mal-ex studenti tiegħu, fiż-żmien li hu kien Professur tat-Teoloġija f’Regensburg fil-Ġermanja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Awissu

Luqa 4,31-37

Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta’ Alla?” Imma Ġesù widdbu bis-sħiħ u qallu: “Iskot, u oħroġ minnu?” Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara… Kompli aqra »