Yearly Archives: 2010

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA F’GĦELUQ IL-100 SENA TA’ TLIET RESIDENTI F’CASA LEONE

Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P iċċelebra Quddiesa ġewwa Casa Leone, San Ġiljan, f’għeluq il-100 sena ta’ tliet residenti: Mary Caruana, Josephine Calleja and Jospehine Camenzuli.

Mary Caruana twieldet il-Birgu fil-14 ta’ Settembru 1910. Hija ż-żgħira fost sitt aħwa, tlett subien u tlett bniet. Hija Xebba, u ħadet ħsieb tal-ġenituri tagħha meta dawn kibru. Wara l-gwerra marru joqgħodu B’Buġia fejn baqgħet tgħix sakemm fl-2003 iddeċidiet li tiġi tgħix f’Casa leone… Kompli aqra »

L-UŻU TAL-MISSAL RUMAN ĠDID FL-AMERIKA MILL-AVVENT 2011

Kattoliċi fl-Istati Unit ital-Amerika se jibdew jużaw it-traduzzjoni tant mistennija tal-Missal Ruman bl-Ingliż fl-ewwel Ħadd tal-Avvent fl-2011. Dan ħabbru l-Kardinal ta’ Chicago Francis E. George, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti. Din l-aħbar tfakkar fl-istess waqt ftuħ proċess sħiħ ta’ 15-il xahar ta’ edukazzjoni u taħriġ li għandu jwassal għal użu tajjeb ta’ dan il-Missal f’quddies bl-ilsien Ingliż fl-Amerika mis-27 ta’ Novembru 2011 ‘il quddiem… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Awissu

Luqa 4,16-30

U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’ Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM, F’BIRKIRKARA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. innomina lil Dun Josef Mifsud bħala kappillan ġdid tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, B’kara.

Dun Josef twieled iż-Żejtun fil-15 ta’ Mejju, 1981 u trabba s-Siġġiewi fejn ħa l-edukazzjoni primarja. Wara, studja s-Seminarju Minuri qabel ma daħal l-Universita’ fejn fis-sena 2009 kiseb il-liċenzjat fit-Teoloġija. Ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. Wara wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, fejn fl-aħħar sentejn kien viċi-kapillan… Kompli aqra »

DELEGAT ĠDID GĦALL-KLERU U GĦALL-MEMBRI TA’ ISTITUTI TA’ ĦAJJA KONSAGRATA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nnomina lil Dun Frans Abdilla biex ikun id-Delegat tiegħu għall-Kleru u għall-Membri ta’ Istituti ta’ Ħajja Konsagrata. Huwa ser jieħu post lil Dun Ġuzepp Mifsud Bonnici.

Dun Frans Abdilla twieled Ħal Kirkop fid-29 ta’ Ottubru, 1956. Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet bħala viċi-parroku fil-parroċċa ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ. Fl-1990 inħatar Religious Counsellor fl-iskejjel u ta l-għajnuna tiegħu fil-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ… Kompli aqra »

30 ta’ Awissu – 51 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

1.40 a.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ lejn il-Polonja, f’postijiet ddedikati lill-Ħniena Divina.

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd Kompli aqra »

ŻGĦAŻAGĦ B’DOKUMENT TA’ ‘VALURI’ LILL-ĠNUS MAQGĦUDA

Grupp ta’ 20 żagħżugħ u żagħżugħa rappreżentanti ta’ madwar 20 pajjiż ippreżentaw document b’valuri lill-Ġnus Maqgħuda. Għamlu dan f’sessjoni preseduta mill-Arċisqof irtirat ta’ New York u Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għall-istess Ġnus Maqgħuda.

Il-Parlament Dinji taż-Żgħażagħ, imwaqqaf fl-1991, ħoloq id-dokument, li kien preżentat jiem ilu wara tħejjija ta’ sentejn.

Il-Kardinal Edward Egan, Arċisqof irtirat ta’ New York, faħħar l-inizjattiva li sejħilha punt ta’ referenza għas-soċjeta moderna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Awissu

Luqa 14,1.7-14

Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih.  Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post ta’ l-aħħar… Kompli aqra »

NOTA PASTORALI MILL-ISQFIJIET FUQ IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

Il-Knisja tqis li x-xandir ta’ dak li temmen fih fuq bosta temi, inklużi ż-żwieġ u l-familja, huwa dmir tagħha quddiem Alla u servizz b’risq is-soċjetà. L-iskop ta’ din in-Nota Pastorali huwa li xxandar il-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika lil dawk li jirrikorru lejha biex jiksbu direzzjoni. Permezz ta’ din l-Ittra, il-Knisja trid ukoll taqsam il-veduti tagħha mas-soċjetà Maltija inġenerali.

Il-Knisja minn dejjem tkellmet fuq is-sbuħija u l-importanza taż-żwieġ, il-bażi tal-familja bħala rigal fundamentali mogħti minn Alla… Kompli aqra »

‘IL-MEWT TA’ ALLA THEDDED LILL-FAMILJA U LILL-ĦAJJA’

Tkun “telfa kbira” għas-soċjetà Maltija u Għawdxija jekk il-familja mifhuma bħala dak l-“ambjent naturali fejn titwieled u titrabba kull persuna” tintilef u “meta ż-żwieġ u l-familja ma jibqagħlhomx l-istabilità tagħhom, il-ħajja tkun tilfet istituzzjoni li normalment toffrilha garanzija ta’ sigurtà”. Dan b’detriment għall-futur ta’ kull persuna, u b’estensjoni għall-bqija tas-soċjetà.

Hekk qal l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, f’żewġ messaġġi separati matul din il-ġimgħa: messaġġ fl-okkażjoni ta’ pellegrinaġġ li sar biex ifakkar it-twelid ta’ Marija Bambina organizzat mill-parroċċa tax-Xagħra u f’omelija fil-parroċċa taż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija li saret nhar il-Ħadd, 22 t’Awwissu… Kompli aqra »