Yearly Archives: 2010

LULJU: IL-PAPA JITLOB GĦAL ELEZZJONIJIET ĦIELSA

Pope

Matul ix-xahar ta’ Lulju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal elezzjonijiet trasparenti, kif ukoll għall-promozzjoni tal-paċi, speċjalment fl-ibliet tad-dinja.

L-Appostolatura tat-Talb ħabbret l-intenzjonijiet magħżula mill-Papa għat-talb tiegħu matul dan ix-xahar ta’ Lulju. L-intenzjoni ġenerali tal-Papa se tkun iddedikata sabiex f’kull pajjiż tad-dinja l-elezzjoni ta’ nies uffiċjali ssir b’ġustizzja, trasparenza u onesta, b’rispett lejn id-deċiżjonijiet ħielsa taċ-ċittadini.

Bħal kull xahar, il-Papa jagħżel ukoll intenzjoni appostolika għat-talb tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Lulju

Mattew 9, 9-13

Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja?” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda… Kompli aqra »

ĠIMGĦA TA’ TALB GĦALL-GĦAQDA NISRANIJA 2011: IT-TEMA MAGĦŻULA MILL-KNEJJES TA’ ĠERUSALEMM

Christian Unity

It-tema tal-44 edizzjoni tal-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda nisranija 2011, li saret l-ewwel darba fl-1968,  hija “One in the apostles’ teaching, fellowship, breaking of bread and prayer”, magħżula minn grupp ta’ mexxejja nsara minn Ġerusalemm, inkluż Michel Sabbah, il-Patrijarka Latin Emeritus ta’ Ġerusalemm Munib Younan, l-Isqof tal-Knisja Luterana Evanġelika fil-Ġordan u l-Art Imqaddsa u membri oħra tal-Patrijarkat Grieg Ortodoss ta’ Ġerusalemm u tal-knejjes Sirja-Ortodossa, Melkita-Kattolika, Armenja-Ortodossa u Episkopalijana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Lulju

Mattew 9, 1-8

Gesu tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura.” Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi!” Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? Għax x’inhu l-eħfef, tgħid ‘Dnubietek maħfura,’ jew tgħid ‘Qum u imxi’? … Kompli aqra »

BENEDITTU XVI LIS-SAĊERDOTI: IDDEDIKAW ĦIN GĦALL-QRAR U D-DIREZZJONI SPIRITWALI

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI iddedika l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa għal riflessjoni fuq San Ġużepp Cafasso fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-mewt tiegħu. Il-Papa offra b’mod partikolari lil-lajċi u r-reliġjużi mudell ta’ ħersuna li għexet u ddedikat ħajjitha għall-edukazzjoni, il-qrar, id-direzzjoni spiritwali u l-apostolat fost il-fqar u l-priġunieri.

“Dak ta’ San Ġużepp Cafasso hu messaġġ ħaj u tipiku. Ifforma ħafna saċerdoti, inkluż lil San Ġwann Bosco… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI EMIGRANTI TIRRINGRAZZJA LILL-MONSINJUR DE PIRO U LIS-SOĊJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL MWAQQFA MINNU

Is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, illum tagħlaq mitt sena mit-twaqqif tagħha (1910 – 2010). Kien fit-30 ta’ Ġunju ta’ l-1910 li Mons. Ġiuseppe De Piro laqgħa l-ewwel żewg membri fis-Soċjeta’. Għal din l-okkażjoni, illejla fis-6.00 p.m., fil-Katidral tal-Imdina, il-membri kollha tas-Soċjeta’, se jingħaqdu ma’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. biex flimkien jirringrazzjaw lil Alla għall-grazzja ta’ tant ħidmiet imwettqa mis-Soċjeta’ hawn Malta, u fl-Abbisinja, Awstralja, Peru’, Filippini, Pakistan, Stati Uniti ta’ l-Amerika u l-Kanada… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Ġunju

Mattew 8,28-34

Wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista’ jgħaddi bihom minn dik it-triq. U nfexxew jgħajjtu u jgħidu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien? ” Mela ftit ‘il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta’ ħnieżer tirgħa… Kompli aqra »

MILL-UE, FL-2009 12-IL BILJUN GĦAL ŻVILUPP, SAĦĦA U EDUKAZZJONI

euros

Fl-2009, 140 pajjiż li qed jiżviluppaw ibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja allokata mill-Kummissjoni Ewropea għal għajnuniet umanitarji u koperazzjoni. Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Barroso adotta r-rapport dwar l-għajnuniet esterni tal-2010, li jekk wieħed jgħodd kollox, jammontaw għal madwar 12-il biljun ewro. Dawn mill-baġit annwali totali ta’ 143 biljun ewro.

Aktar minn hekk, pjani ġodda kienu adottati s-sena li għaddiet, bħall-‘Food Aid’, ‘Flex Vulnerability’ (jiġifieri sapport lill-baġits nazzjonali) uFast Start’ (bidla fil-klima)… Kompli aqra »