Yearly Archives: 2010

FESTA TAL-BEATU NAZJU FALZON

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Lulju, 2010, hu jum il-festa tal-Beatu Nazju Falzon.

Dakinhar, fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, Ta’ Ġieżu, Valletta, fejn hu midfun il-Beatu Nazju Falzon, il-ħinijiet tal-Quddiesa jkunu fis-7.15 a.m., fl-10.00 a.m. u  fil-11.00 a.m. Il-Quddiesa tal-10.00 a.m. tkun għall-morda. Fis-6.15 p.m. ssir konċelebrazzjoni  bis-sehem tal-membri tal-Catholic Enquiry Centre. Wara kull Quddiesa jsir talb għall-morda, fuq il-qabar tal-Beatu Nazju Falzon… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Ġunju

Mattew 16,13-19

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. “Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

RABJA MILL-VATIKAN WARA REJDS FUQ QASSISIN FIL-BELGIUM

Card. Tarcisio Bertone

Il-Papa Benedittu Sittax ingħaqad flimkien mal-Vatikan jikkundanna l-aħħar rejds tal-Pulizija Belġjana fuq l-Uffiċini tal-Knisja u r-residenza ta’ kardinal fil-pajjiż. Filwaqt li kkundanna dan l-aġir huwa esprima s-solidarjeta tiegħu f’dan il-mument ta’ dieqa mal-Isqfijiet Belġjani.

Il-Papa ddeskriva dawn ir-rejds bħala “sorprendenti u kundannabbli”. Waqt ir-rejds jidher li ġew elevati xi kompjuters u files. Dawn ir-rejds saru minħabba investigazzjoni li qed issir mill-awtoritajiet dwar atti ta’ pedofilija li allegatament twettqu minn xi qassisin… Kompli aqra »

MONS. CHARLES SCICLUNA F’MALTA

F’dawn il-ġranet Mons Charles J. Scicluna, Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, iltaqa’ ma’ diversi persuni allegati vittmi ta’ abbużi sesswali. Mons Scicluna irrefera lil dawn il-persuni għar-Response Team ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta u inkoraġġihom jikkooperaw bis-sħiħ ma’ l-investigazzjoni li qegħda tagħmel il-Knisja f’Malta.

Qiegħdin nippublikaw ukoll l-ittra li biha l-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Luis Ladaria S.I., Segretarju ta’ l-istess Kongregazzjoni, introduċa l-ħidma ta’ Mons… Kompli aqra »

L-INTERVISTA TAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA FUQ IS-SUNDAY TIMES

Archbishop Paul Cremona speaks to Kurt Sansone about the Holy Communion controversy, divorce, and Church leadership.

The Church is perturbed by secularisation. Why?

We have to distinguish between secularisation, which is the process of dividing state from Church, and secularism, which is a way of saying that any mention of God or religion is alien to society… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Ġunju

Mattew 8,18-22

Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Mbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk. ” Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu. ” Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Ġesù wieġbu: “Imxi warajja, u ħalli  l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.” Kompli aqra »

28 ta’ Ġunju – 4 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin f’Mount St. Joseph, Mosta.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi translazzjoni, għasar u quddiesa fil-Katidral tal-Mdina fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina.

5.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa ta’ ringrazzjament fid-Dar tal-Kleru, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Sr… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Ġunju

Luqa 9,51-62

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom… Kompli aqra »

60 VOLUNTIER GĦALL-MARATONA B’RISQ ID-DAR TAL-PROVIDENZA

Iktar minn 60 persuna applikaw biex jagħtu daqqa t’id bħala voluntiera fil-Maratona tal-Volibol b’risq id-Dar tal-Providenza li se ssir fit-tieni ġimgħa ta’ Lulju.

Dan qalu lil IL-ĠENSILLUM online Fabian Mizzi, Segretarju tal-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona, li qed jikkoordina l-ħidma tal-voluntiera.

Il-Maratona ta’ 53 siegħa logħob tal-volibol se ssir bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju fid-Dar tal-Providenza stess, b’mod li dawk li jżuruha jkunu jistgħu…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Ġunju

Mattew 8, 5-17

Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq. “Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu “ “Sinjur?”, qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din… Kompli aqra »