Yearly Archives: 2010

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ żgħażagħ impenjati fil-volontarjat

“Il-ħidma pastorali maż-żgħażagħ m’għandiex tkun sempliċiment ħidma għalihom, iżda trid tkun ħidma flimkien magħhom”. (Dok. Sinodu Adolexxenti u Zghazagh Nru. 54).  Is-Sinodu Djoċesan iħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex ikunu protagonisti fil-knisja, u fost affarijiet oħra jiftħilhom it-triq sabiex ikunu minn ta` quddiem biex jagħtu servizz lis-soċjeta` permezz tal-volontarjat.

Numru dejjem jikber ta’ żgħażagħ, membri ta` gruppi u għaqdiet tal-Knisja, qed jimpenjaw ruħhom fil-volontarjat matul ix-xhur tas-sajf… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Ġunju

Mattew 7,1-5

“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejjlu intom, jitkejjel lilkom. Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu? Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi t-tibna minn għajn ħuk! … Kompli aqra »

DISA’ SEMINARISTI ŻGĦAŻAGĦ SE JIĠU ORDNATI SAĊERDOTI

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju, 2010, Vġili tas-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., se jordna disa’ saċerdoti ġodda fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati dakinhar. Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

Rev. Deo Debono OSA, Rev. Stefan Galea (Naxxar), Rev… Kompli aqra »

21 – 27 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. il-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet f’Birkirkara bħala parti miż-Żjara Pastorali f’Birkirkara.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-Kappella tal-Universita’ ma’ żgħażagħ li se jkunu mpenjati fil-volontarjat matul is-sajf.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa S… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Ġunju

Luqa 9,18-24

Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »

IS-SALIB SINJAL TA’ TAMA – MESSAĠĠ MILL-KONFERENZA EPISKOPALI

Fiż-Żjara Appostolika li għamel dan l-aħħar f’Ċipru, il-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-importanza li għandu s-Salib għad-dinja: “Is-Salib mhuwiex sempliċement simbolu privat ta’ devozzjoni, mhuwiex sempliċement sinjal ta’ sħubija ma’ grupp partikolari fis-soċjeta, u fil-profondità tat-tifsir tiegħu m’għandu xejn x’jaqsam mal-impożizzjoni bil-forza ta’ xi twemmin jew filosofija. Is-Salib jitkellem fuq it-tama, l-imħabba, ir-rebħa tan-non-vjolenza fuq l-oppressjoni, jitkellem fuq Alla li jerfa’ lil min hu fil-baxx, li jqawwi lil min hu dgħajjef, li jirbaħ fejn hemm il-firda u li jissupera l-mibgħeda bl-imħabba”… Kompli aqra »

PROPOSTI BENEFIĊĊJI SOĊJALI U DRITTIJIET OĦRA GĦALL-IMMIGRANTI RREGOLARI

Ir-refuġjati li jħallsu l-bolla għandhom igawdu minn benefiċċji soċjali jekk jispiċċaw bla xogħol, kif ukoll jiġu mgħejjuna biex jixtru l-mediċini li ma jaffordjawx.

Dawn huma wħud mill-proposti mressqa mill-Kummissjoni Emigranti u Refuġati fl-okkazjoni ta’ Jum ir-Refuġjati 2010 u li sabu l-appoġġ tal-Jesuit Refugee Service.

Fi stqarrija maħruġa iktar kmieni din il-ġimgħa, waqt laqgħa ta’ studju li nżammet f’Dar l-Emigrant, il-Kummissjoni Emigranti ressqet numru ta’ suġġerimenti ntiżi biex inaqqsu t-tbatija tar-refuġjati u dawk li għandhom protezzjoni umanitarja f’Malta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Ġunju

take care of itself. Each day has enough trouble of its own.’

Mattew 6, 24-34

“Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. “Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »

IN-NUNZJU APOSTOLIKU JIPPREZENTA ITTRA MILL-PAPA LILL-PRIGUNIERI

Hekk kif instemghet l-ahbar li l-Papa Benedittu XVI kien se jaghmel zjara f’Malta, id-domanda li qamet fost il-prigunieri mill-ewwel kienet: ‘tghid din id-darba se ssehh il-holma taghna?  Il-Papa se jkollu cans biex jigi jzurna bhalma ghamlu Papiet ohra, bhal Papa Gwanni XXIII ‘il fuq minn 50 sena ilu fil-habs Regina Coeli ta’ Ruma?’.  Nistqarr li mhux biss fil-prigunieri imma fija wkoll qamet xewqa u aspettativa kbira biex nara kemm hu possibbli li l-Papa jaghmel zjara fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.  … Kompli aqra »

IL-KNISJA F’MALTA DWAR IR-REFUĠJATI

Is-suġġett refuġjati u kif għandna nittrattaw magħhom aktar ma jgħaddi ż-żmien akatar jieħu sens b’mod sepcjali għall-Knisja li kif jgħid il-Papa Benedittu nnifsu fl-aħħar Enċiklika tiegħu “Caritas in
Veritatem” paragrafu 15 għanda tieħu inkonsiderazzjoni l-iżvilupp tal-bniedem sħiħ.  Fl-istess Enċiklika paragrafi 62 sa 65 jitkellmu wkoll fuq dan il-fenomenu.
Dan kien is-suġġett trattat mill-‘Caritas Italia” dawn l-aħħar ġranet fi Trapani, Sqallija.   … Kompli aqra »