Is-suġġett refuġjati u kif għandna nittrattaw magħhom aktar ma jgħaddi ż-żmien akatar jieħu sens b’mod sepcjali għall-Knisja li kif jgħid il-Papa Benedittu nnifsu fl-aħħar Enċiklika tiegħu “Caritas in
Veritatem” paragrafu 15 għanda tieħu inkonsiderazzjoni l-iżvilupp tal-bniedem sħiħ.  Fl-istess Enċiklika paragrafi 62 sa 65 jitkellmu wkoll fuq dan il-fenomenu.
Dan kien is-suġġett trattat mill-‘Caritas Italia” dawn l-aħħar ġranet fi Trapani, Sqallija.  Għal dawn il-ġranet kien mistieden biex jattendu u jieħu sehem Dun Alfred Vella, direttur tal-Kummissjoni Emigranti f’Malta u f’isem l-istess “Caritas” f’Malta.  Malta u l-Italja għandhom ħafna komuni fuq dan is-suġġett bid-differenza li Malta hi iżgħar u fi proporzzjon tirċievi ħafna aktar mill-pajjiżi kollha Ewropej.  B’dana kollu Malta qatt ma tista’ tgħid li ma jimpurtahiex minn dawn in-nies u dejjem jibqa’ l-obligu li nilqagħhom u ngħinuhom sa kemm idumu fostna u naraw kif jsibu art aktar żgura u bi prospetti aħjar għalihom u għall-familja tagħhom.
Il-Kummissjoni Emigranti dejjem għamlitha ċara li dawn in-nies ma jistgħux jibqgħu kollha f’artna għar-raġunijiet ovvji u li diġa semmejna fuq, imma fl-istess ħin qatt ma tista’ taqbel li dawn ma jiġux mejjuna u indirizzati għal futur aħjar.

Dawn huma punti li tqanqlu waqt dan is-seminar ta’ ftit jiem mal-“Caritas Italia” u “Caritas Europa”.  Hekk din il-fehma tiġi aktar imbuttata fiċ-ċrieki internazzjonali.  Huwa importanti ħafna li l-Knisja f’Malta permezz tal-aġenziji tagħha twassal il-fehma u l-prejokkupazzjonijiet tagħha f’dan il-qasam ukoll.

Dun Alfred Vella
Direttur Kummissjoni Emigranti.