Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Ġunju

Mattew 6, 19-23

“Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll. “Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn. Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal… Kompli aqra »

IL-KRIŻI TAL-IKEL FL-AFRIKA TĦALLI 10 MILJUNI BIL-ĠUĦ – APPELL URĠENTI GĦALL-GĦAJNUNA

Caritas qed tappella għall-għajnuna internazzjonali sabiex tingħeleb il-kriżi tal-ikel fir-reġjun Sahel tal-Punent tal-Afrika, fejn 10 miljun persuna qed jiffaċċjaw il-ġuħ. In-Niġerja hi l-iktar milquta, bi 8 miljun persuna f’riskju serju. Dan, skont Caritas, meta hemm ukoll nuqqas kbir ta’ ikel f’Chad, Mali u Burkina Faso.

Is-Segretarju Ġenerali  ta’ Caritas Niġerja, Raymond Yoro, qed jappella għal għajnuna immedjata u qed jafferma li “qatt m’hu tard wisq biex wieħed jevita traġedja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Ġunju

Mattew 6,7-15

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk:’Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina… Kompli aqra »

GĦOTJA TA’ $300,000 LILL-VITTMI TAT-TIXRID TAŻ-ŻEJT

Louisiana oil spill

Il-Kampanja Kattolika għall-iżvilupp uman, programm tal-Isqfijiet Amerikani kontra l-faqar,  qed tgħaddi $300,000 f’għotjiet b’għajnuna lill-vittmi tat-tixrid riċenti taż-żejt fil-Golf tal-Messiku.

L-inċident skatta ma’ splużjoni ta’ bir taż-żejt, li ħalliet mal-11-il persuna mejta u mas-17 midruba. Il-kumpanija taż-żejt BP kienet l-ewwel li nżammet responsabbli għal dak li qed jissejjaħ l-agħar inċident ta’ tixrid ta’ żejt fl-istorja tal-Istati Uniti tal-Amerika.  Fl-istess waqt, il-korporazzjoni mulgtinazzjonali qed toġġezzjona għal din l-akkuża… Kompli aqra »

SEMINAR DWAR VALURI FL-ISPORT

Nhar is-Sibt, 12 ta’ Ġunju, 2010, is-Segretarjat għall-Katekezi tal-Knisja f’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Youth Football Association organizzaw seminar bit-tema: TAZZA TAD-DINJA 2010 – IL-VALURI  Fl-ISPORTS, għall-kowcis kollha Maltin l-aktar dawk li jaħdmu fin-Nurseries u għall-amministraturi tal-istess nurseries. Il-laqgħa bdiet fid-9.00 a.m. fil-ballroom tal-lukanda Phoenicia, Floriana. Dan is-Seminar sar taħt il-Patroċinju u bis-sehem tal-President ta’ Malta, Dr George Abela. Il-kelliema kienu Fr.Rene’ Camilleri, is-Sur Lino Spiteri, s-Sur Carmel Busuttil u Fr… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BIRKIRKARA

Is-Sibt 12 ta’ Ġunju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Kolleġjata Bażilka ta’ Sant’Elena f’Birkirkara fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. L-għada, l-Arċisqof iltaqa’ ma’ membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ din il-lokalita’. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Birkirkara AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Ġunju

Mattew 6,1-6,16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

“Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu… Kompli aqra »

SIMPOŻJU JFITTEX LI JGĦAQQAD L-EWROPA MAL-ASJA

intercultural dialogue

Fl-Universita ta’ Zurich, illum beda Simpożju li qed jiġbor skulari internazzjonali bil-ħsieb li ‘jibnu pontijiet’ bejn l-Ewropa u l-Asja, bejn ix-xjenzi naturali u l-umanistiċi, u anki modi differenti ta’ ħsieb. Dan kien l-għan li tpoġġa quddiem is-Simposju ta’ jumejn bit-tema ‘L-Ewropa fiċ-Ċina – Iċ-Ċina fl-Ewropa: Bix-xjenza u t-Teknoloġija naslu għad-Djalogu Interkulturali’.

L-attivita qed issir ad unur tal-400 anniversarju mill-mewt ta’ Matteo Ricci (1552-1610), missjunarju Ġiżwita mill-Italja li ħadem fl-Asja u li l-organizzaturi tal-konferenza jsejħulu l-‘protagonista tal-interazzjoni maċ-Ċina permezz tax-xjenza’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Ġunju

Mattew 5,43-48

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek. ‘Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? … Kompli aqra »

F’HONG KONG, TĦASSIB FUQ LOGĦOB TAL-AZZARD MARBUT MAT-TAZZA TAD-DINJA

World-cup-2010-logo

Ġiżwita ta’ 65 sena wissa kontra l-logħob tal-flus marbut mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja li beda fil-11 ta’ Ġunju fl-Afrika t’Isfel.

“Il-logħob tal-azzard mhux tajjeb fih innifsu”, qal Fr Robert Ng Chi-Fun, li jgħallem it-teoloġija morali fil-Kulleġġ tas-Seminarju ddedikat lill-Ispirtu s-Santu.

Żied li l-logħob tal-azzard fuq il-logħob tal-ballun jista’ jwassal għall-qerq.

Ħaddiema fiċ-ċentru tal-couselling tal-Caritas kienu wkoll irrappurtati mill-Aġenzija tal-aħbarijiet UCA tal-Knisja fl-Asja li urew tħassib dwar l-imħatri… Kompli aqra »