Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 12 ta’Mejju

Ġwanni 16,12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi… Kompli aqra »

MERĦBA SABIĦA LILL-ARĊISQOF MILL-KOMUNITA’ MALTIJA F’TORONTO ONTARIO

Il-komunita’ Maltija f’Toronto/Ontario Canada kienet herqana tistenna z-zjara pastorali ta’ Mons. Arcisqof Pawlu Cremona O.P.  Din iz-zjara ghandha skop doppju, dik li l-Arcisqof jiltaqa’ mal-komunita’ Maltija u li jiccelebra mas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl il-mitt anniversarju tat-twaqqif taghha minn Mons. Guzeppi Depiro.  L-M.S.S.P. illum huma responsabli mill-hidma pastorali mal-komunita’ Maltija f’Toronton wara li hadet din il-missjoni mill-Frangiskani Minuri li ghal snin shah taw mill-ahjar li setghu ghal din il-komunita’.  … Kompli aqra »

IS-60 ANNIVERSARJU MID-DIKJARAZZJONI SCHUMAN TAD-9 TA’ MEJJU 1950

Robert Schuman

Fl-aħħar jiem saru attivitajiet maħsuba biex ifakkru s-60 anniversarju mid-dikjarazzjoni Schuman. Hawn taħt hi ġabra fil-qosor ta’ dak li qalu esponenti ewlenin li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet.

===  L-Arċisqof ta’ Pariġi u President tal-Konferenza Episkopali Franċiża, il-Kardinal Andre Vingt-Trois, waqt omelija f’quddiesa fil-katidral ta’ Metz, qal li “huma meħtieġa viżjonijiet kbar. Importanti li wieħed jiddeċiedi u jwitti t-triq għar-rikonċiljazzjoni wara tant kunflitti traġiċi fl-Ewropa”… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 11 ta’ Mejju

Ġwanni 16,5-11

Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom. U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m’intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta’ din id-dinja huwa ġa kkundannat… Kompli aqra »

IL-BOLLA KOMMEMORATTIVA TA’ MADRE TEREŻA GĦAL SETTEMBRU

Madre Theresa

L-uffiċċju postali Amerikan se jkun qed iniedi bolla kommemorattiva ta’ Madre Tereża ta’ Calcutta għal Settembru li ġej.  CatholicVote.org ikkonfermat dan fl-aħħar jiem, waqt li nnutat li l-kampanja organizzata fi Frar li għadda b’talba għall-appoġġ għal din il-bolla sabet is-sapport ta’ madwar 138,000 firmatarju.

Stqarrija maħruġamill-President ta’ CatholicVote.org, Brian Burch, innutat li Roy Betts, kelliem għas-servizz postali, ikkonferma li l-bolla “se rkun iddedikata għall-Bażilika tas-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Washington DC, fil-5 ta’ Settembru”… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ Kimberly Terribile fil-laqgħa mal-Papa

Being present among the youths at the Waterfront was an awesome experience in itself. From my place, I could see hundreds of young people, cheering, singing and waving flags, all full of energy and filled with joy while waiting for His Holiness to arrive. It was a great experience of sharing the Catholic faith, one that gave me hope for what the future holds for the Catholic community… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 10 ta’ Mejju

John 15,26-16,4

When the Paraclete comes, whom I shall send to you from the Father, the Spirit of truthwill be my witness. And you too will be witnesses, because you have been with me from the beginning. who issues from the Father, he

I have told you all this so that you may not fall away. They will expel you from the synagogues, and indeed the time is coming when anyone who kills you will think he is doing a holy service to God… Kompli aqra »

“IT-TALB MHUWIEX ŻEJJED FL-EDUKAZZJONI KATTOLIKA” – IL-KARDINAL SEAN BRADY

Cardinal Sean Brady

L-Arċisqof t’Armagh u Primattal-Irlanda kollha qal li fl-iskejjel kattoliċi, li wieħed jgħallem lit-tfal kif jitolbu, mhix xi ħaġa addizzjonali, anzi parti essenzjali minn dak li t-tfal għandhom dritt jirċievu. Il-konmferenza organizzata mid-djoċesi ta’ Ossory u li saret Kilkenny indirizzat it-tema “Catholic Schools: Envisioning a Future” u ffukat fuq l-iskejjel kattoliċi.

Sean Brady stieden lil dawk preżenti sabiex iġeddu l-impenn tagħhom għar-rispett u l-promozzjoni tad-dritt tat-tfal fl-iskejjel li jitmexxew u jingħataw formazzjoni f’sens ta’ qima awtentika lejn Alla fil-qafas tat-tradizzjoni kattolika… Kompli aqra »

10 – 16 ta’ Mejju

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista fuq il-programm televiziv Leħen Malti, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu lill-emigranti Maltin fil-Kanada u fl-Istati Uniti.

10.45 a.m. L-Arċisqof iżur il-konsolat Malti f’Toronto.

11.45 a.m. L-Arċisqof iżur l-Uffiċċju Raprezentattiv tal-Bank of Valletta f’Toronto.

It-Tlieta

1.00 p.m. L-Arċisqof iżur lill-Isqof Awziljarju ta’ Toronto, Eċċ. Rev.  Mons. William McGrattan… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 9 ta’ Mejju

Ġwanni 14,23-29

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m’hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni. “Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom. Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja… Kompli aqra »