Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 2 ta’ Mejju

Ġwanni 13,31-33a,34-35

Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu… Kompli aqra »

TAĦDITA DWAR CARITAS IN VERITATE

Caritas in Veritate: Fraternità, Reċiproċità u problemi ekonomiċi ġodda” kienet it-tema ta’ taħdita li saret mill-Professur Taljan Stefano Zamagni li saret nhar il-15 ta’ April.

Fi kliem Zamagni, wieħed mis-sinjali ewlenin ta’ żminijietna huwa r-riferenza ripetuta għall-etika, li fl-aħħar kwart ta’ dan is-seklu, ħadet post ir-riferenza persistenti li kienet issir għall-politika, speċjalment matul is-sittinijiet, meta “kollox kien meqjus bħala politika”… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 1 ta’ Mejju

Ġwanni 14, 7-14

Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 30 ta’ April

Ġwanni 14, 1-6

“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer… Kompli aqra »

KUNDANNA WARA LI TARBIJA SALVAT MINN ABORT U TĦALLIET BLA KURA SAKEMM MIETET

Baby

Dak li kien President tal-Akkademja għall-Ħajja qed jipprotesta wara l-mewt ta’ tarbija li salvat min attentat ta’ abort imma mietet jumejn wara minħabba li tħalliet bla kura.

L-Isqof Elio Sgreccia qal fuq Radju Vatikan li l-kura hi dover anki jekk il-liġi ma titlobiex b’infurzar. Huwa qal dan waqt li kkritika pubblikament in-nuqqas ta’ kura ta’ tifel tarbija ta’ 22 ġimgħa li salva fi sptar f’Rossano wara attentat ta’ abort minn ommu… Kompli aqra »

IL-KULLEĠĠ SANTU WISTIN JESTENDI L-ĦIDMA TIEGĦU GĦALL-EDUKAZZJONI PRIMARJA

Bejn is-7 u l-14 ta’ April 2010, il-Provinċja Agostinjana f’Malta iċċelebrat il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju fil-Kunvent tal-Agostinjani fir-Rabat. Matul dawn il-jiem l-aħwa Agostinjani ltaqgħu għal żmien ta’ evalwazzjoni tal-ħidma li saret fl-erba’ snin li għaddew, kif ukoll programmazzjoni għall-erba’ snin li ġejjin. Dan il-Kapitlu sar taħt il-presidenza tal-Pirjol Ġeneral tal-Ordni ta’ Santu Wistin, W. Rev. P. Robert F. Prevost OSA bl-għajnuna tal-Assistent Ġenerali, Rev… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 29 ta’ April

Mattew 25, 1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! … Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-ĦADDIEMA

Bħala parti miż-żjarat pastorali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, nhar it-Tlieta, 26 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-amministrazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u l-ħaddiema ta’ Media.Link Communications, f’Tal-Pieta’, u wara lill-ħaddiema fil-Palazz tal-President, Valletta fejn iċċelebra Quddiesa. L-għada, l-Erbgħa, 27 ta’ April, l-Arċisqof żar ukoll il-ħaddiema ta’ Michael Debono Ltd, Żebbuġ, u wara żar ukoll l-amministrazzjoni u l-ħaddiema fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Partit Laburista, Ħamrun… Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI LILL-KOMMUNITAJIET MALTIN FIL-KANADA U FL-ISTATI UNITI

Il-Ħamis, 29 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jħalli Malta għal Żjara Pastorali lill-komunitajiet Maltin f’ Toronto, f’Detroit – Michigan, u fi New York.

L-Arċisqof Pawlu Cremona jasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Toronto l-Ġimgħa, 30 ta’ April, fis-2:30a.m (ħin ta’ Malta). Fost diversi impenji f’Toronto, l-Arċisqof se jiltaqa’ ma’ l-Isqof Awziljarju, Mons. William McGrattan, u mal-pazjenti Maltin li jinsabu għall-kura fl-isptar ta’ Runnymede… Kompli aqra »