Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum -13 ta’ April

Gwanni 3,7-15

La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu.” “Kif qatt jista’ jkun dan?” raġa’ qallu Nikodemu. U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? Tassew tassew ngħidlek li aħna qegħdin nitħaddtu fuq dak li nafu, u qegħdin nagħtu xhieda ta’ dak li rajna, imma x-xhieda tagħna ma tilqgħuhiex… Kompli aqra »

IL-PAPA BENEDITTU XVI JIBGĦAT KONDOLJANZI LILL-POLONJA

Poland mourning

Il-Papa Benedittu XVI esprima s-sogħba tiegħu għat-traġedja tal-ajru fil-punent tar-Russja li ħasdet il-ħajja tal-President tal-Polonja, il-mara tiegħu, u madwar 95 persuna oħra li kienu abbord it-titjira, inkluż uffiċjali għolja tal-Gvern.

Ftit wara li kien infurmat bl-inċident, il-Papa bagħat messaġġ lill-President tal-Parlament Pollakk li fih esprima s-sogħba għat-telfiet ta’ ħajja ta’ dinjitarji stmati. Il-Papa kellu kliem ta’ solidarjeta mal-familjari tal-vittmi u fada lill-vittmi fil-ħniena divina… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 12 ta’ April

Gwanni 3,1-8

Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu.” Ġesù wieġbu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla.” Qallu Nikodemu: “Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? … Kompli aqra »

12 – 18 ta’ April

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqgħa maż-żgħazagħ li jinsabu fil-bidu tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ għall-ikel magħhom, fis-Seminarju f’tal-Virtu.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-Fosos f’xogħlijiet relatati maż-żjara tal-Papa, kif ukoll ma ħaddiema li qed jaħdmu fiċ-Ċentru Kordinazzjoni Uffiċċju Zjara tal-Papa… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’PACEVILLE

Nhar is-Sibt, 10 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP għamel żjara f’Pacevilli bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta . L-Arċisqof flimkien ma grupp ta’ ġurnalisti żgħażagħ li kienu mistiedna għal din l-okkazjoni, ħeġġew lil żgħażagħ oħra biex jattendu għal-laqgħa mal-Papa fil-Valletta Waterfront. Fil-ħin li l-Arċisqof qatta ġewwa Paċeville huwa żar diversi bars fejn iltaqa personalment ma xi żgħażagħ.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 11 ta’ April

Gwanni 20,19-31

Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom?” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu sSantu… Kompli aqra »

JEĦTIEĠ IŻDA LI NASLU FI GŻIRA – L-EWWEL ŻJARA F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Għeżież uliedna,

Bħalma aħna dejjem emminna li n-nawfraġju u l-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna ma seħħewx b’kumbinazzjoni, hekk illum inħossu li żjara pastorali fostna tal-Papa Benedittu XVI tistax tkun providenzjali għal pajjiżna.

Lill-Maltin u lill-Għawdxin ta’ elfejn sena ilu Pawlu, permezz tal-predikazzjoni tiegħu u tal-waqfa tiegħu fil-gżejjer tagħna, laqqagħhom ma’ Ġesu’ Kristu u permezz tal-Evanġelju nissel it-tama nisranija fi qlubhom… Kompli aqra »

IMNIEDI S-SIT ELETTRONIKU ĠDID TA’ RADJU RTK

Radju RTK issa għandu s-sit elettroniku tiegħu, www.rtk.org.mt, u slogan ġdid: Radju b’Differenza. Is-sit tnieda din il-ġimgħa miċ-Chairman tal-Media Centre, Franco Azzopardi, wara ħidma kollettiva li saret mill-kumpanija ICA, flimkien ma’ Sylvana Magro, Manager Sales & Marketing Media Centre, il-maniġment u impjegati ta’ Radju RTK… Kompli aqra »

ID-DJOĊESIJIET TA’ MALTA U GĦAWDEX JINGĦAQDU GĦALL-PELLEGRINAĠĠ NAZZJONALI

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ April, 2010, l-Arcisqof Pawlu Cremona mexxa pellegrinaġġ nazzjonali flimkien mal-Isqof Mario Grech u bil-parteċipazzjoni taż-żewġ djoċesi ta’ Malta u Għawdex. Dan il-pellegrinaġġ li huwa parti minn diversi attiviatjiet li ġew ippreparati bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa, beda minn ħdejn id-dar tal-Irtir ta’ Mt St Joseph, f’Tarġa Gap, u ntemm b’ċerimonja qasira fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, f’San Pawl il-Baħar.  … Kompli aqra »