Yearly Archives: 2010

IL-KULLEĠĠ TAL-KARDINALI BĦALISSA JIĠBOR 109 ELETTURI

Fil-jiem li għaddew, żewġ kardinali għalqu 80 sena. Dan wassal biex l-għadd totali ta’ kardinali eleġibbli biex jivvutaw f’konklavi issa tela’ għal 109. Il-kardinal Adam Joseph Maida, Arċisqof irtirat ta’ Detroit għalaq 80 sena fit-18 ta’ Marzu, u l-Kardinal ta’ New Zealand Thomas Stafford Williams, Arċisqof irtirat ta’ Wellington, għalaq 80 is-Sibt 20 ta’ Marzu.

Il-Kulleġġ tal-Kardinali attwalment hu magħmul minn 182 membru, bi 73 minnhom ta’ 80 sena jew iktar, u għalhekk mhux iktar eleġibbli jivvutaw f’konklavi… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -4 ta’ April

Gwanni 20, 1-9

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh?” Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar… Kompli aqra »

JITFAKKAR IL-ĦAMES ANNIVERSARJU TA’ PAPA ĠWANNI PAWLU II

Illum il-Kattoliċi u kristjani kollha madwar id-dinja ifakkru l-mewt ta’ wieħed mill-iktar Papiet maħbubin il-Papa Ġwanni Pawlu II. Kien proprju nhar l-Erbgħa 2 ta’ April ta’ ħames snin ilu li s-Serv ta’ Alla Ġwanni Pawlu II miet.

Kien proprju s-Sibt filgħaxija. Il-Pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan kienet mimlija bin-nies, kulħadd magħqud fit-talb għall-Papa marid u moribund fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

IL-PAPA FIS-SAJF LI ĠEJ GĦAL CASTEL GANDOLFO MINGĦAJR BTALA FL-ALPI

Il-Papa Benedittu XVI qed jippjana li jqatta’ s-sajf li ġej kollu kemm hu fir-residenza tiegħu tas-Sajf f’Castel Gandolfo, mingħajr il-jiem ta’ btala fl-Alpi.

“Is-sajf li ġej, il-Papa se jivjaġġa direttament mill-Vatikan lejn Castel Gandolfo sabiex iqatta’ l-perjodu sħiħ tas-sajf hemmhekk”, qalet stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

Il-Komunikat żied li l-Papa japprezza l-istedin li sarlu biex iqatta’ ftit żmien f’diversi reġjuni qalb il-muntanji… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 3 ta’ April

Lq:24:1-12

Kmieni mas-sebħ ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew. Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar, imma meta daħlu fih,  il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm. U kif kienu mħassbin fuq dan, f’daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi. In-nisa, mimlijin bil-biża’ , baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: “L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? … Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TAR-RIT TAL-ĦASIL TAR-RIĠLEJN

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa Pontifikali li fiha saret it-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn, tat-twaqqif tas-saċerdozju u tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI L-PURĊISSJONI NAZZJONALI TAL-VIA CRUCIS

Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa it-talb tal-Via Sagra, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Fis-sena iddedikata lill-Qassisin, it-test magħżul għal Via Crucis, ġie meħud mill-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAĦTAR KUMMISSJONI TA’ STUDJU TAL-FENOMENU TA’ MEDJUGORJE

Il-Vatikan ħabbar li waqqfet Kummissjoni sabiex tidħol fil-fenomenu ta’ Medjugorje fil-Boznia-Herzegovina, fejn sitt żgħażagħ qalu li kellhom dehriet tal-Madonna fis-snin tmenin.

Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan,  qal li “twaqqfet kummissjoni Investigattiva internazzjonali dwar Medjugorje, taħt il-Presidenza tal-Kardinal Camillo Ruini, taħt il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi”.

Il-Kummissjoni magħmula mill-kardinali, isqfijiet, speċjalisti u esperti, se taħdem privatament, u tissottometti ir-riżultati tal-ħidma tagħha lill-awtorita tad-dekasteru… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għall-Ġimgħa l-Kbira

REFLECTION

In death, Jesus waits on the Father for deliverance.

He waits in a love that does not deny

death and suffering,

but accepts it on the path back to the Father.

That waiting is active, not passive;

in fact, Christ is most creative when he is on the cross… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 2 ta’ April

Ġw:18,1-19,42

Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi. Ġesù, li kien jaf b’kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: “Lil min qegħdin tfittxu?” Huma weġbuh: “Lil Ġesù ta’ Nazaret.” U hu qalilhom: “Jiena hu.” Ġuda, dak li ttradih, kien hemm magħhom huwa wkoll… Kompli aqra »