Yearly Archives: 2010

SIT INTERNET BI TĦEJJIJA GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2011

World Youth Day 2011

Is-sit uffiċjali Taljan bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir bejn is-16 u l-21 t’Awissu 2011 f’Madrid fi Spanja tnieda u huwa aċċessibbli fuq www.gmg20111.it Promossa mis-Servizz Nazzjonali għall-Pastorali taż-Żgħażagħ, għandha l-għan li tforni l-aħbarijiet  marbuta mal-attivitajiet ta’ din iċ-ċelebrazzjoni li se tkun qed issir għas-26 darba.

Il-persuna responsabbli mis-Servizz Nazzjonali għall-Pastorali taż-żgħażagħ, Fr Nicolo Anselmi, qal li “il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ dejjem kellu żewġ karatteristiċi…huwa pellegrinaġġ li jilħaq il-qofol tiegħu fil-quddiesa tal-Ħadd…u hija laqgħa ta’ antura missjonarja bejn il-Knisja lokali fl-organizzazzjoni tal-attivita u l-kumplament tal-knejjes fid-dinja… Kompli aqra »

ATTIVITAJIET FID-DAR TAL-PROVIDENZA B’TIFKIRA TAL-FUNDATUR DUN MIKIEL AZZOPARDI

Fis-sena li l-Papa Bendittu XVI ddedika lis-saċerdoti, id-Dar tal-Providenza qed tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ Dun Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar.  It-tema li ntagħżlet biex tfakkar dan l-anniversarju: ‘Dun Mikiel, il-ħabib ta’ kulħadd’ tgħid fi ftit kliem min kien dan il-qassis u kif għandu jkun kull saċerdot.  Dun Mikiel kien qassis li bħal Ġesu kien “kollox għal kulħadd.” L-imħabba pastorali tiegħu kienet imħabba verament inklussiva, bla distinzjonijiet.  … Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE: IL-PROMOZZJONI TAL-FAMILJA TISTA’ TWASSAL GĦAT-TISWIR TAL EKONIMIJA

Family

L-osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda qed jissottolinea l-familja bħala r-riżorsa primarja għall-bini tal-ekonomija, l-integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp.

L-Arċisqof Celestino Migliore qal dan f’indirizz fl-aħħar jiem dwar l-integrazzjoni soċjali fit-48 sessjoni tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali fi ħdan il-Kunsill Soċjali u Ekonomiku tal-Ġnus Maqgħuda. “Iffaċjati bl-isfidi tal-integrazzjoni soċjali f’dinja aktar globalizzata, tinħass il-ħtieġa ta’ iktar konsiderazzjoni tal-ġid integrali tal-persuna, u dan fid-dimensjonijiet varji, li jinkludu d-dimensjoni spiritwali”… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦAL JUM IL-ĦAJJA

Illum id-dinja tiċċelebra Jum il-Ħajja. Huwa l-Jum li fih nifirħu bil-Ħajja fiha nfisha. Min jemmen jirringjrazzja wkoll għax jara fil-Ħajja, don ta’ Alla, u għalhekk jagħraf  valur iktar profond, għaliex  magħqud ma’ Alla u ġej minn Alla. Huwa ċar li dan ifisser, li l-ebda bniedem u b’mod speċjali ml-ebda nisrani li jemmen, ma jista’ jkun favur xi ħaġa li tillimita jew toqtol dan id-don.

Naħseb li dan il-Jum irid jagħti ċ-ċans lil kull persuna, biex tagħraf x’inhi r-relazzjoni u l-valur li hu jagħti lill-Ħajja tiegħu u tal-oħrajn… Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Frar

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Santa Luċija.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola ta’ St Edwards, fil-Birgu.

5.15 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Vespri fl-okkzjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt.

L-Erbgħa

9.00 a.m… Kompli aqra »

X’ĠARA WAQT IL-KONFERENZA ‘LEJN ŻWIEĠ B’SAĦĦTU’

L-Arċisqof Pawlu Cremona qal li hu mit-tkissir taż-żwieġ li qed jinbtu l-uġigħat fundamentali tas-soċjeta. L-Arcisqof kien qed jitkellem fl-gheluq konferenza nazzjonali għal żwieġ b’saħħtu, organizzata minn Proġett Impenn, bis-sehem ta’ diskorsi mill-Prim Ministru u s-Sinjura Kate Gonzi u mill-Kap tal-Oppożizzjoni u s-Sinjura Michelle Muscat.

L-Arċisqof qal li kien pjuttost diżappuntat għax stenna li mill-konferenza joħorġu proposti prattiċi ta’ kif l-Istat jista’ konkretament isaħħaħ iż-żwieġ f’dinja fejn ir-realta kulturali u soċjali qed jinbidlu… Kompli aqra »

ĠBIR TA’ FONDI GĦAL ĦAITI

Maltese Jesuits to Fundraise for Salesian Missions in Haiti

In light of the tragic events which have put Haiti at the forefront of World media and global initiatives, the Maltese Jesuit Province will be dedicating Wednesday 10th of February to creating awareness and raising funds for the people of Haiti.

75% of the funds raised will go to the Salesians in Haiti, whose schools have been so badly hit, and who will still be there long after others have gone… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TA’ JUM IR-RELIGJUŻI

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ippresieda ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Reliġjuzi, fl-iskola St Monica, B’Kara.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-ISPORT: “KONTRIBUZZJONI EFFETTIVA GĦALL-PAĊI U L-IMĦABBA”

Sport

“L-isport jista’ jkun kontribuzzjoni effettiva għall-fehim u l-paċi bejn il-popli, bil-għan li tkun stabbilita ċivilizzazzjoni ta’ mħabba”. Din hi frażi li l-ewwel darba li kienet pronunzjata kienet mill-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 2000…Illum kienet imtennija mill-Papa Benedittu XVI f’mesaġġ li indirizza lil Mons Michael Miller, Arċisqof ta’ Vancouver li se tospita l-logħob olimpiku u paralimpiku li jmiss.

“Ħadt gost bl-aħbar li l-21 edizzjoni ta’ dan il-logħob tax-xitwa se ssir fl-Arċidjoċesi ta’ Vancoover u fid-djoċesi ta’ Kampoops bejn it-12 u t-28 ta’ Frar”, qal il-Papa waqt li enfasizza li din l-attivita hi importanti ħafna kemm għall-ispettaturi u anki għall-atleti… Kompli aqra »

ĠIMGĦAŻWIEĠ

Bejn is-Sibt, 6 ta’ Frar u s-Sibt, 13 ta’ Frar, 2010, ser tiġi organizzata għall-ewwel darba ĠIMGĦAŻWIEĠ, filwaqt li fl-14 ta’ Frar ser jiġi ċċelebrat JUM IŻ–ŻWIEĠ NISRANI. Din il-Ġimgħa ser tibda u tispiċċa b’żewġ Konferenzi Nazzjonali li ġew organizzati minn ProġettImpenn (Kummissjoni Djoċesana Familja, Moviment ta’ Kana u Caritas).

L-ewwel konferenza bit-tema ‘Lejn Żwieġ b’Saħħtu’ se ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Frar, bejn id-9.30a.m… Kompli aqra »