World Youth Day 2011

Is-sit uffiċjali Taljan bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir bejn is-16 u l-21 t’Awissu 2011 f’Madrid fi Spanja tnieda u huwa aċċessibbli fuq www.gmg20111.it Promossa mis-Servizz Nazzjonali għall-Pastorali taż-Żgħażagħ, għandha l-għan li tforni l-aħbarijiet  marbuta mal-attivitajiet ta’ din iċ-ċelebrazzjoni li se tkun qed issir għas-26 darba.

Il-persuna responsabbli mis-Servizz Nazzjonali għall-Pastorali taż-żgħażagħ, Fr Nicolo Anselmi, qal li “il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ dejjem kellu żewġ karatteristiċi…huwa pellegrinaġġ li jilħaq il-qofol tiegħu fil-quddiesa tal-Ħadd…u hija laqgħa ta’ antura missjonarja bejn il-Knisja lokali fl-organizzazzjoni tal-attivita u l-kumplament tal-knejjes fid-dinja. Is-sit ikun qed jakkumpanja dan il-pellegrinaġġ għal tliet snin. L-2010 is-sena ta’ tħejjija; l-2011 is-sena li matulha se ssir l-attivita tant mistennija f’Madrid; u l-2012 wara l-attivita ta’ Madrid. Huwa vjaġġ pastorali li jqarreb lejn dak li jkun il-missjoni pastorali tal-Knisja”.

Is-sit għandu sezzjoni ta’ aħbarijiet , albums, materjal u dokumenti tal-Papa u oħrajn relatati ma’ ċelebrazzjonijiet preċednti ta’ din l-attivita. Anki links għal siti oħra rilevanti fuq l-internet bħal dik tal-aġenzija tal-aħbarijiet SIR, Avvenire, TV2000 u oħrajn. Wieħed jista’ wkoll jgħaddi aħbarijiet lis-sit b’email fuq [email protected]

Mis-sit qed tintbagħat ukoll newsletter lil min jirreġistra online.