Arkivji mensili: Jannar 2011

QUDDIESA TAL-FUNERAL TAL-ISQOF JOE GRECH

Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Frar, 2011 l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex se jiċċelebraw Quddiesa b’sufraġju għar-ruħ l-Isqof Joe Grech. Din il-Quddiesa se ssir fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt fis-5.30 p.m. Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.

MESSAGE BY THE MALTESE EPISCOPAL CONFERENCE TO THE AUSTRALIAN CATHOLIC BISHOPS CONFERENCE

Your Excellency,

Please allow me to share, also in the name of the Maltese Bishops’ Conference and the Church in Malta and Gozo, the sadness of the Church in Australia, at the untimely death of Bishop Joe Grech… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAT-TALB TAL-PAPA TUL JANNAR 2011

Pope praying

His mission intention is: “That every believer in Christ may be conscious that unity among all Christians is a condition for more effective proclamation of the Gospel”.

Matul dan ix-xahar ta’ Jannar, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob b’mod partikolari biex iż-żgħażagħ jużaw il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali bl-aħjar mod possibbli għat-tkabbir personali tagħhom u sabiex ikunu ultimament iktar imħejjija jservu lis-soċjeta… Kompli aqra »

PROGRAMMI SOĊJO-RELIĠJUŻI

UĊUĦ – Live fuq NET TV nhar l-Erbgħa 5 ta’ Jannar 2011 fid-9.35pm b’repetizzjoni il-ĦADD wara l-aħbarijiet tas-2.00pm.

Tema: Id-dixxiplina – Kemm hu importanti li t-tfal jitilgħu b’dixxiplina?  U x’tip ta’ dixxiplina għandna nuzaw?  Meta għandna nużaw id-dixxiplina?

Tlett mistiedna jiġu jiddiskutu separatament  dan is-suggett wara li nsiru nafuhom ftit aktar mil-lat personali.

Alfred Mallia ser jerġa jikteb silta ta’ drama dwar is-suggett anke sabiex it-telespettaturi jifhmu aħjar it-tema.  … Kompli aqra »

IL-PAPA JIKKUNDANNA L-ATTAKKI FUQ L-INSARA

Fl-aħħar messaġġ pubbliku tiegħu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI ikkundanna l-attakki li seħħew fl-aħħar jiem fuq il-komunita nisranija Kopta fl-Eġittu u anki l-attakki b’bombi qrib djar tal-Insara fl-Iraq maħsuba biex inaffru lill-insara biex iħallu djarhom. Qal li huma attakki li joffendu lil Alla u lill-umanita sħiħa.

Il-Papa, qabel it-talba tal-Angelus, qasam ir-riflessjonijiet tiegħu fuq il-liturġija li ddur mal-prologu ta’ San Ġwann li qal li fil-forma ta’ innu ddur mal-proklamazzjoni tal-misteru tal-Inkarnazzjoni… Kompli aqra »

€668,127 B’RISQ ID-DAR TAL-PROVIDENZA

€668,127 were raised during the New Year’s Open Day and fundraising marathon organised by RTK for Id-Dar tal-Providenza in Siggiewi. This was the highest sum ever collected in the past fifteen annual editions. Notwithstanding the rain, huge crowds filled the big tent in the parking lot of the Home. The Director, Fr Martin Micallef, thanked all those hundreds of volunteers that took part in the organisation of the Open Day, but most of all the Maltese people who once again showered id-Dar tal-Providenza with solidarity and generosity… Kompli aqra »

L-EWROPA GĦANDHA SSAĦĦAĦ L-GĦERUQ INSARA TAGĦHA

Santiago de Compostela

F’ittra li bagħat lill-Arċisqof Julian Barrio ta’ Santiago de Compostela fi Spanja, f’għeluq is-Sena Mqaddsa f’Compostela, il-Papa qal li l-Ewropa għandha ssaħħaħ l-għeruq insara tagħha. Fi kliemu, dawk kollha li dis-sena għamlu l-pellegrinaġġ lejn Santiago de Compostela “għandhom jirritornaw fi djarhom bħalma d-dixxipli t’Emmaws irritornaw f’Ġerusalemm”. Żied li wieħed ma jistax ikun xhud kredibbli t’Alla jekk jonqos milli jikkollabora u jservi lill-poplu… Kompli aqra »

L-ISFIDI GĦALL-2011: IL-BNIEDEM, IŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

L-isfidi għall-2011 huma tlieta: l-awtentiċità tal-għixien tal-valuri Nsara, li wieħed jegħleb it-tentazzjoni li xi bnedmin jingħataw il-ġenb minħabba preġudizzji, il-vjolenza, is-serq u d-dipendenza fuq l-alkoħol, id-droga, logħob tal-azzard u t-tisħiħ tal-istabbilità fiż-żwieġ u l-familja anki billi “ma nħallux lis-soċjetà Maltija tibdel in-natura taż-żwieġ dejjiemi bid-divorzju”.

L-Arċisqof Pawlu Cremona OP kien qed jitkellem ma’ IL-ĠENSILLUM online dwar l-isfidi li se tkun qed tiffaċċja s-soċjetà Maltija b’mod inġenerali u l-Knisja f’Malta b’mod partikolari matul is-sena l-ġdida… Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq RTK.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet ta’ Santa Klara, f’San Ġiljan.

L-Erbgħa

8.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof jinawgura kċina ġdida f’Dar Sagra Familja, Naxxar… Kompli aqra »