Arkivji mensili: Jannar 2011

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-MELLIEĦA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Joe Caruana bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Mellieħa.

Dun Joe Caruana twieled il-Mellieħa nhar it-2 ta’ Awissu, 1960. Hu attenda l-iskola primarja tal-Mellieħa, l-iskola sekondarja tas-Seminarju Minuri, Floriana u s-Sixth Form fl-iskola ta’ Stella Maris, il-Gzira. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija, tal-Virtu’, Rabat.

Dun Joe kien ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju, 1986. L-ewwel xogħol pastorali tiegħu kien bħala viċi parroku l-Mellieħa u direttur spiritwali f’diversi skejjel sekondarji u tas-snajja… Kompli aqra »

IL-PAPA JINKORAĠIXXI PROĠETTI KONKRETI GĦALL-PAĊI FI LVANT NOFSANI

Il-Papa Benedittu XVI qed jinkoraġixxi proġetti konkreti sabiex tinġieb il-paċi fl-Art Imqaddsa f’dan iż-żmien ta’ bidla kbira fi Lvant Nofsani. Huwa għamel dan fl-aħħar udjenza pubblika, wara li talab l-Angelus ma’ dawk kollha fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Bħala parti mil-laqgħa tradizzjonali tiegħu man-nies il-Ħadd, il-fakkar f’Jannar xahar iddedikat għall-paċi. Żewġ adolexxenti mill-Azzjoni Kattolika, ingħaqdu miegħu biex setgħu jeħilsu żewġ ħamimiet b’simbolu ta’ paċi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Jannar

Mark 5,1-20

Waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu.  Lejl u nhar kien il-ħin kollu joqgħod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta’ ġismu biż-żrar… Kompli aqra »

QUDDIESA FIL-KAPPELLA TAX-XAGĦJRA, ŻABBAR

Nhar il-Ħadd 30ta’ Jannar, 2011, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Kappella tax-Xagħjra, Żabbar, u wara ltaqa’ man-nies ta’ l-istess parroċċa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

31 ta’ Jannar – 6 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, fir-residenza tiegħu, Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ għal djalogu nformali magħhom.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru ta’ matul il-Jum f’ St. Venera.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur ir-residenti ta’ Marina Home, l-Imsida, u jiċċelebra Quddiesa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Jannar

Mattew 5,1-12

Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin… Kompli aqra »

IL-KUNSILL TAL-EWROPA JAPPELLA GĦAD-DIFIŻA TAL-INSARA

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat rakkomandazzjoni permezz ta’ 17-il punt dwar “il-Vjolenza kontra l-Insara fi Lvant Nofsani”.

Ir-rakkomandazzjoni u l-memorandum li jispjegaha tħejjew mill-membru Taljan tal-Parlament Luca Volonte. Ir-rakkomandazzjoni kienet adottata b’125 vot favur, 9 kontra u 13-il astenzjoni. Id-dokument jinnota li l-Insara kienu preżenti fi Lvant Nofsani minn meta beda l-Kristjaneżmu hemmehekk. Ġara pero li fl-aħħar seklu tali komunitajiet bdew jonqsu.

“Is-sitwazzjoni baqgħet sejra għall-agħar minn ftuħ is-seklu 21, u jekk mhux se tkun indirizzata immedjatament, tista’ twassal biex il-komunitajiet Insara jispiċċaw mil-Lvant Nofsani, bil-konsegwenza li jintilef ammont sostanzjali ta’ wirt reliġjuż”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Jannar

Mark 4,35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Jannar

San Mark 4,26-34

U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet  iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu  għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.” U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? … Kompli aqra »