Arkivji mensili: Marzu 2011

IL-KTIEB IL-ĠDID TAL-PAPA GĦALL-ĠIMGĦA D-DIEĦLA

Pope's new book

Il-ktieb il-ġdid tal-Papa Benedittu XVI “Ġesu ta’ Nażaret: Il-Ġimgħa Mqaddsa – Mid-Dħul f’Ġerusalemm sal-Qawmien mill-Mewt”, se jkun ippreżentat fil-Vatikan fi żmien ġimgħa, nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu. Il-ktieb tal-Papa qed jiġi ppubblikat bit-Taljan mid-Dar għall-Pubblikazzjonijiet tal-Vatikan, u bl-Ingliż mill-istamperija Ignatius Press. Se jkun ukoll ppubblikat bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bil-Pollakk. Se tkun qed tingħata wkoll konferenza tal-aħbarijiet bil-preżentazzjoni tal-ktieb, bis-sehem tal-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, il-Kardinal Marc Oullet u l-iskular Ġermaniż u kittieb, Claudio Magris… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Marzu

Mark 10,46-52

U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb   tat-triq.  Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni !” Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejħulu.” Huma sejħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! … Kompli aqra »

IL-PAPA TUL MARZU JITLOB GĦALL-AMERIKA LATINA U GĦAR-REĠJUNI PERSEGWITATI

Pope praying

Il-Papa Benedittu XVI qed jiddedika t-talb tiegħu tul ix-xahar ta’ Marzu għall-Amerika Latina, bil-ħsieb li l-kontinent isir iktar ġust u tgħammar fih il-paċi.

L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tal-Papa għal dan ix-xahr. Bħalma tagħmel kull xahar, tħabbar l-ewwel l-intenzjoni ġenerali tiegħu “biex il-pajjiżi tal-Amerika Latina jkunu fidili lejn il-Vanġelu u jipprogressaw kemm possibbli fil-ġustizzja u l-fil-proċess ta’ paċi”.

Ngħatat ukoll l-intenzjoni appostolika għat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika tul Marzu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Marzu

Mark 10, 32-45

Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn  il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET DWAR IS-SITWAZZJONI F’XI PAJJIŻI GĦARAB

TALB U SOLIDARJETA’

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex irridu ningħaqdu ma’ bosta persuni, familji u mexxejja reliġjużi u ċivili fid-dinja kollha u f’pajjiżna biex pubblikament nuru l-preokkupazzjoni tagħna għas-sitwazzjoni gravi kif żvolġiet f’xi pajjiżi Għarab.

Nifhmu li skont ir-raġuni u skont it-tagħlim soċjali tal-Knisja, ma jistax ikollok paċi u progress mingħajr ġustizzja.

Għalhekk inħeġġu lill-Insara Maltin biex inressqu t-talb tagħna lill-Mulej, Missier tajjeb ta’ kulħadd, biex jagħti l-għerf meħtieġ lil kull min hu b’xi mod responsabbli, ħalli tieqaf kull xorta ta’ vjolenza u nġustizzja biex isaltnu l-vera paċi u sliem… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IL-LINGWA TAL-MEDIA L-ĠDIDA

Il-Papa Benedittu XVI laqa’ membri tal-Assemblea Plenarja tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali f’laqgħa maħsuba għal diskussjoni dwar il-kwistjoni tal-lingwa u t-teknoloġija ġdida.

Il-Papa osserva kif “l-ideat u r-relazzjonijiet huma dejjem parti mill-modalita tal-lingwa”. F’dal-kuntest afferma li lingwi ġodda żviluppati fil-qasam tal-komunikazzjoni diġitali iwasslu fost affarijiet oħra kapaċitajiet li huma iktar emozzjonali u intuwittivi milli analitiċi.

Il-Papa tkellem dwar ir-riskji involuti u viżibbli għal kulħadd… Kompli aqra »

SAĊERDOT MALTI JKOMPLI JWETTAQ ĦIDMA PASTORALI FI TRIPLI

Fr Daniel Farrugia ilu tlettax-il sena jwettaq ħidma pastorali fi Tripli bħala Vigarju Ġenerali. Fr Daniel aċċetta li jaqsam l-esperjenza tiegħu, b’mod speċjali ta’ dawn il-ġranet, mal-qarrejja ta’ IL-ĠENSillum online.

Kemm ilek il-Libja u x’inhi eżatt il-kariga/missjoni tiegħek fi ħdan il-Knisja fil-Libja?

Jiena ilni 13-il sena hawnhekk bħala Vigarju Ġenerali, imma nservi l-komunità Maltija, dik tal-lingwa Ingliża u Taljana, barra li nagħti l-għajnuna tiegħi lill-immigranti… Kompli aqra »

SEMINAR FUQ IŻ-ŻWIEĠ: REALTA’ NATURALI; SAGRAMENT TA’ MĦABBA

The Cana Movement cordially invites the general public to a talk which will be held on Wednesday 2nd March, 2011, at Sala Mons Gonzi, Catholic Institute, Floriana at 7pm.  The guest speaker will be Dr Anthony Rutter Giappone, who will trace the movement of human love in the person – a love which reaches its realization in marriage.  He will explain how this natural institution becomes for Christians a sacrament of love and a source of grace and power in the celebration of one’s marriage… Kompli aqra »