Pope praying

Il-Papa Benedittu XVI qed jiddedika t-talb tiegħu tul ix-xahar ta’ Marzu għall-Amerika Latina, bil-ħsieb li l-kontinent isir iktar ġust u tgħammar fih il-paċi.

L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tal-Papa għal dan ix-xahr. Bħalma tagħmel kull xahar, tħabbar l-ewwel l-intenzjoni ġenerali tiegħu “biex il-pajjiżi tal-Amerika Latina jkunu fidili lejn il-Vanġelu u jipprogressaw kemm possibbli fil-ġustizzja u l-fil-proċess ta’ paċi”.

Ngħatat ukoll l-intenzjoni appostolika għat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika tul Marzu. Il-Papa qed jitlob biex “l-Ispirtu s-Santu jdawwal u jagħti l-qawwa lil dawk li f’diversi reġjuni tad-dinja huma persegwitati u diskriminati minħabba l-Vanġelu ta’ Kristu”.