Arkivji mensili: Marzu 2011

INFITTXU L-VERITA’ DWAR IŻ-ŻWIEĠ

Fl-okkażjoni tal-festa tal-Papa San Girgor, iċċelebrata f’Kerċem nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2011, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali u fl-omelija wassal dan il-messaġġ:

Id-diskussjoni li għaddejja dwar in-natura taż-żwieġ tissupponi li qegħdin infittxu l-verità dwar iż-żwieġ.

Huwa fatt li soċjetà tkun isserraħ fuq pedamenti veri daqskemm tkun miftuħa għal Alla. Aktar ma nitbiegħdu minn Alla, aktar nieħdu pożizzjonijiet li jkunu ’l bogħod mis-sewwa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Marzu

Mattew 1,16,18-21.24

Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija. It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu… Kompli aqra »

ANNUAL CELEBRATION FOR MEMBERS OF THE CONFRATERNITIES

Għal darb’oħra s-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed jistieden lill-Fratelli kollha Maltin biex jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni djoċesana, li din is-sena ser issir il-Ħadd, 27 ta’ Marzu, 2011, fit-toroq ta’ Ħal Qormi u wara għall-quddiesa li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra għalihom fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, f’Ħal Qormi.

ĊELEBRAZZJONI MAT-TOROQ

Għal din iċ-ċelebrazzjoni l-fratelli kollha se jitqassmu fi tliet gruppi, skond il-fratellanza li huma mseħbin fiha… Kompli aqra »

L-innu tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ issa bil-Malti

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu, 2011, il-Kummisjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) nediet il-verżjoni Maltija tal-innu internazzjonali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) fl-istabbiliment Bianco’s f’San Ġiljan. L-inawgurazzjoni timmarka il-150 ġurnata mill-ftuħ tal- JDŻ fejn qrib żewġ miljun żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja huma mistennija li jaslu Madrid, fi Spanja, għal ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni ta’ fidi u kultura.

Magħhom ser ikun hemm ‘il fuq minn 600 żgħażugħ/a minn Malta u Għawdex, li jagħmlu lill-gżejjer fost l-aktar parteċipanti qawwija… Kompli aqra »

IL-PAPA JFAKKAR LILL-ITALJA FL-IDENTITA KATTOLIKA TAGĦHA

Italy

Fil-ġurnata li t-Taljani fakkru l-unita nazzjonali, il-Papa Benedittu XVI fakkar lill-pajjiż fl-għeruq Insara tiegħu. Huwa rrifletta dwar l-identita kattolika tal-poplu Taljan f’ittra indirizzata lill-President Giorgio Napoletano fl-okkażjoni tal-150 anniversarju tal-unita politika.

Meta kkummenta dwar l-okkażjoni, il-Papa qal li “l-Kristjaneżmu ikkontribwixxa b’mod mill-iktar fundamentali għat-tiswir tal-identita Taljana”. Qal li l-karattru tal-pajjiż jirrifletti fil-ħidma tal-Knisja, fil-ħidma tal-Istituzzjonijiet edukattivi u ta’ karita li permezz tagħhom il-Knisja tagħti xiehda ta’ mudelli ta’ imġieba, relazzjonijiet soċjali, eċċ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Marzu

Mattew 5,20-26

“Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li  l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern… Kompli aqra »

TITNIEDA L-VERŻJONI MALTIJA TAL-KANZUNETTA UFFIĊJALI TAL-JDŻ

Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ qed tistieden liż-żgħażagħ biex jattendu għall-inawgurazzjoni tal-verżjoni Maltija tal-kanzunetta uffiċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011. Din l-attivita’ se ssir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu, 2011, f’nofsinhar, fl-istabbiliment Bianco’s, fil-Bajja ta’ Spinola, San Ġiljan.  Dakinhar jaħbat ukoll 150 jum mill-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

‘Il fuq minn 600 żagħżugħ u żagħżugħa se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta f’dan l-akbar avveniment internazzjonali li ser isir f’Madrid, Spanja, bejn is-16 u l-21 ta’ Awwissu… Kompli aqra »

APPELL MILL-ISQFIJIET GĦAT-TALB GĦALL-VITTMI FIL-ĠAPPUN

Qalbna tingħafas quddiem it-tbatija ta’ ħutna fil-Ġappun minħabba d-diżastru li seħħ hemm f’dawn il-ġranet bit-terremot qawwi, it-tsunami u bil-periklu ta’ radjazzjoni nuklejari.

Waqt li nerfgħu ħsibijietna lejn Alla fit-talb għal dawk li mietu jew li sfaw midrubin f’dan id-diżastru, inħossu li għandna niftakru wkoll fit-talb tagħna fil-qraba tagħhom imnikktin minħabba din it-telfa jew tbatija, biex il-Mulej ifarraġhom.

Nitolbu wkoll għal dawk li tilfu djarhom jew propjetà f’din id-diżgrazzja, u għal dawk li kellhom jitilqu minn djarhom… Kompli aqra »

FL-INGILTERRA, 900 ANGLIKAN JITOLBU LI JSIRU KATTOLIĊI

Adult Baptism

Aktar minn 4,700 persuna iltaqgħu fil-katidrali fl-Ingilterra u Wales jitolbu biex isiru kattoliċi. Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju għall-Istampa tal-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales, it-total ta’ dawn it-tip ta’ nies ilaħħaq għal madwar 900, li lkoll jistgħu jibbenefikaw  mill-Kostituzzjoni Appostolika maħruġa mill-Papa, Anglicanorum Coetibus, li tipprovdi għat-talba t’għaqda sħiħa ta’ Anglikani ma’ Ruma. Id-digriet li jippermetti li dawn isiru kattoliċi waqt li jżommu xi forom u tradizzjonijiet mil-liturġija Anglikana, imur lura għal Jannar li għadda.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Marzu

Mattew 13,24-32

Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?’ Iżda hu qalilhom, ‘Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.’ ‘Tridx immorru niġbruha?’ qalulu l-qaddejja… Kompli aqra »