Arkivji mensili: Marzu 2011

DAMMA TA’ ARTIKLI U RITRATTI TAL-ISQOF CAUCHI

Ktieb kommemorativ li jiġbor fih l-artikli kollha li Mons Isqof Nikol Cauchi kiteb f’The Times u fis-Sunday Times bl-isem ‘Bishop Cauchi – Articles and Pictures’, ġie introdott nhar il-Ħamis, 3 ta’ Marzu, fil-Kurja ta’ Għawdex.

Il-ktieb ġie introdott mill-Vigarju Ġenerali, Mons Giovanni Bosco Gauci, li qal li Mons Isqof Nikol Cauchi kien u għadu ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha li kienu jafuh, u li permezz ta’ dan il-kiteib se jibqa’ mfakkar permezz tal-kitba tiegħu… Kompli aqra »

GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

B’iktar minn miljun żagħżugħ kattoliku mistennija jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid fi Spanja f’Awwissu, l-organizzaturi jinsabu impenjati jagħmlu l-aħħar tħejjijiet, inkluż l-għażla ta’ kanzunetti ġodda għall-ġemgħa tan-nies biex ikunu jistgħu ikantawhom. Dan minbarra l-għażla tal-kanzunetta uffiċjali.

Kif indikat fis-sit http://madridmeencanta.org, hemm jinsabu mat-80 kanzunetta oħra relatati mal-okkażjoni. Id-direttur tal-Komunikazzjoni fl-organizzazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, Yago de la Cierva, qal li s-sit diġa żaruh mas-600,000 persuna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Marzu

Luke 11,29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf ta’ l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

PROGRAMMI SOĊJO-RELIĠJUŻI

SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l- repetizzjoni l-Ġimgħa fit -3.00pm u l-Ħadd fl-10.30am

Tema: Id-Divorzju

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  X’jaqbel għall-poplu Malti?  X’inhuma d-diffikultajiet li insibu f’pajjizi oħra fejn hemm id-divorzju.?  … Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONI DJAKONIJA U L-MUSEUM TAS-SUBIEN TA’ FLEUR DE LYS

Nhar it-Tnejn 14ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija ta’ Fleur de Lys bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Iktar tard, l-Arċisqof żar il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Fleur de Lys.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Zjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Riżultati mill-Forum taż-Żgħażagħ

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu, 2011, il-Forum taż-Żgħażagħ b’lenti fuq l-impatt soċjali tal-meżżi ta’ komunikazzjoni ġodda ġie mtella’ ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu. Is-serata ġabet fit-tmiem proċess ta’ diskussjoni li beda f’Novembru li għadda, fejn diversi komunitajiet ta’ żgħażagħ kienu qiegħdin jieħdu sehem fid-dibattitu.

Fil-forum ġew ippreżentati l-persepettivi li nġabru minn dan l-eżerċizzju ta’ diskussjoni u l-udjenza setgħet tagħti r-reazzjonijiet tagħha għalihom… Kompli aqra »

ISQOF ĠAPPUNIŻ JGĦID LI ĦAJJET IL-POPLU FIL-ĠAPPUN HI F’IDEJN ALLA

Bishop Marcellino Taiji Tani of Saitama is affirming that life is a gift from God, as his country suffers from the effects of a 9.0 magnitude earthquake and resulting tsunami.

L-Isqof Marcellino Taiji Tani ta’ Saitama qed jafferma li l-ħajja hi rigal minn Alla, anki jekk il-poplu taħt il-kura spiritwali tiegħu għadu kemm intlaqat mill-agħar terremot li qatt laqat il-Ġappun, u li kkawża tsunami… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Marzu

Mattew 6,7-15

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk: ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina… Kompli aqra »