Arkivji mensili: Marzu 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Marzu

L-Erbgha ta’ l-Irmied

Mattew 6,1-6,16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu… Kompli aqra »

75% TA’ DAWK MAQTULA MINHABBA MIBGHEDA RELIGJUZA HUMA NSARA

Ir-rapprezentant permanenti tas-Santa Sede ghall-Gnus Maqghuda, l-Arcisqof Silvano Tomasi, irrefera ghal studju li sab li 75 persuna minn kull mija maqtula minhabba mibgheda religjuza, huma Insara.  F’kummenti meta kien qed jindirizza s-sittax-il Sessjoni Ordinarja tal-Kunsill tad-Drittijiet Umani, dwar il-liberta religjuza, l-Arcisqof Tomasi insista li l-liberta religjuza tinsab fil-qalba tad-drittijiet umani fundamentali.

Kompla jghid li “il-proliferazzjoni tizdied ta’ grajjiet ta’ diskriminazzjoni u atti ta’ vjolenza, turi kif principji legali qed jinkisru fil-prattika”.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Marzu

Mark 12, 13-17

Mbagħad bagħtulu xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari? Għandna jew ma għandniex inħallsuha?” Imma hu ntebaħ bil-wiċċ b’ieħor tagħhom, u qalilhom: “Għaliex tridu tinbxuni? … Kompli aqra »

IL-PAPA: ‘TIBNUX FUQ IR-RAMEL IDEOLOGIKU, TAL-POTER U TAL-FLUS

Il-Papa Benedittu XVI qal li Kristu huwa l-pedament li fuqu trid tinbena l-hajja, anki jekk hafna jaghzlu li jibnu hajja fuq “ir-ramel tal-ideologiji, il-poter, is-success u l-flus”. Fil-messagg tieghu qabel ir-recita tal-Angelus tal-Hadd, il-Papa rrifletta fuq il-liturgija li fiha Kristu pprezenta l-parabbola taz-zewgt idjar “wahda mibnija fuq sisien sodi u l-ohra mibnija fuq ir-ramel”. Fisser li “Gesu hu l-Kelam Hajja t’Alla. Meta kien jghallem, fil-kliem tieghu, in-nies kienu jirrikonoxxu sens t’awtorita divina u kienu jhossuhom qribu, kienu jhossu wkoll l-imhabba u l-hniena tieghu li jwassluhom biex iduru lejn Alla b’sens ta’ radd il-hajr… Kompli aqra »

QUDDIESA GĦALL-ORGANIŻŻATURI TAL-FESTI

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għall-organizzaturi tal-festi. Din il-Quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat, fis-6.oo p.m.

Is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed jistieden lill-President u s-Segretarju jew żewġ Rappreżentanti ta’ Kumitati, Gruppi, Assoċjazzjonijiet u Każini li jagħtu sehemhom fl-organizzazzjoni tal-Festi tal-Qaddisin. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Marzu

Mark 12, 1-12

Ġesù beda jkellimhom bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.’ Meta wasal iż-żmien, bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott ta’ l-għalqa. Iżda huma qabduh, sawwtuh, u bagħtuh lura idu f’idu… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-BIRGU

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Joseph Cilia bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Birgu.

Dun Joseph Cilia twieled il-Pieta fit-30 ta’ Diċembru, 1971. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Mosta, fl-iskola Sekondarja tan-Naxxar, ta’ Raħal Ġdid u ta’ San Mikiel, St Venera. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija u ta’ l-Arti (Filosofija u Teoloġija).

Dun Jospeh ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Awissu, 2001… Kompli aqra »