Arkivji mensili: Mejju 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Mejju

Ġwanni 6,30-35

In-nies qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’ ” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.” “Sinjur,” qalulu huma, “agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

IL-BATTALJA ĦAFNA DRABI MINSIJA TAL-OMMIJIET LI JMUTU WAQT LI JWELLDU

Fl-Afrika 4.5 miljun tifel u tifla taħt l-eta ta’ 5 snin, kif ukoll mal-265,000 omm, imutu ta’ kull sena. Ħafna minn dawn l-imwiet huma relatati mat-tqala u t-twelid u huma mwiet li jistgħu jkunu evitati bl-assigurazzjoni ta’ kura bażika tas-saħħa.  Skont rapport tal-organizzazzjoni non-governattiva SAVE THE CHILDREN, dwar l-istat tal-ommijiet fid-dinja, 48 miljun mara kull sena jagħtu twelid mingħajr assistenza professjonali u mingħajr ma jkunu sarulhom ebda laqgħat ta’ konsulta waqt it-tqala tagħhom… Kompli aqra »

A STRONG MARRIAGE

Nhar il-Erbgħa 11 ta’ Mejju, 2011, il-Moviment Kana qiegħed jorganizza sessjoni ta’ informazzjoni dwar id-Divorzju li ser issir l-Istitut Kattoliku, Floriana fis-7.00 p.m. Dawk preżenti ser jiġu ndirizzati minn Dr. Robert Tufigno li ser jiffoka fuq l-aspett legali u Dr. Mario Pace li ser jindirizza xi mistoqsijiet mistoqsi frekwentament dwar is-suġġett. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Mejju

Ġwanni 6,22-29

L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù… Kompli aqra »

IT-TRIBUNAL EKKLEŻJASTIKU JISWA LILL-KNISJA MADWAR €500,000 FIS-SENA

Kuntrarjament għal dak li sostna l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras ma’ The Sunday Times il-Ħadd li għadda, il-Knisja mhux talli ma tagħmilx qligħ mit-Tribunal Ekkleżjastiku, imma talli skont l-aħħar Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, dan qed jiswa lill-Knisja madwar €500,000 fis-sena.

L-Imħallef Sciberras sostna ma’ The Sunday Times li “l-kampanja tal-Knisja kontra d-divorzju hi motivata minn konsiderazzjonijiet finanzjarji għaliex tista’ titlef l-eġemonija tagħha fuq l-annullamenti taż-żwieġ”… Kompli aqra »

9 -15 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi festin fl-okkażjoni tal-anniversarju tal–elezzjoni tal-Papa Benedettu XVI, fin-Nunzjatura Apostolika, tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jindirizza l-membri tal-Provinċja Maltija (OFM) waqt li jkunu fil-Kapitlu Provinċjali f’Dar Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq.

4.30 p.m… Kompli aqra »

FESTA SAN ĠORĠ PRECA

PROGRAMM TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ PRECA

Il-Ħamis, 5 ta’ Mejju, 2010

Quddiesa fil-Kappella tal-Medalja Mirakuluża, Blata l-Bajda, fis-7.30 a.m.

Laqgħa ta’ talb ta’ San Ġorġ Preca, mil-10.00 – 10.30 a.m. animata mill-membri tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M, fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża.

Quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża, fis-6.00 p.m.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju, 2010

Quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakuluża, fis-6.00 p.m, iċċelebrata minn Dun Frans Abdilla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Mejju

Ġwann 6,16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi. Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

RIŻORSI GĦAL JUM IL-VOKAZZJONIJIET

L-Isqfijiet Amerikani qed jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni fil-Jum Dinji tat-Talb għall-Vokazzjonijiet billi joffru riżorsi biex jintużaw fil-ġurnata tal-15 ta’ Mejju li matulha se ssir iċ-ċelebrazzjoni dis-sena. It-tema għat-48 Jum Dinji huwa ‘Proposing Vocations in the Local Church’ – marbuta mal-promozzjoni tal-vokazzjonijiet fil-Knisja lokali.

L-Isqfijiet ġeddew l-appell tal-Papa Benedittu XVI, li fil-messaġġ tiegħu għal dan il-Jum, qal li kull komunita nisranija , kull membru tal-Knisja, jeħtieġu jħossu r-responsabbilta għall-promozzjoni tal-vokazzjonijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Mejju

Ġwanni 6,1-15

Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »