Arkivji mensili: Mejju 2011

GĦAJN T’EVANĠELIZZAZZJONI: IL-VJAĠĠ TAL-PAPA LEJN IL-KROAZJA JENFASIZZA L-FAMILJA

Families in Croatia

Il-vjaġġ tal-Papa Benedittu XVI lejn Zagreb fil-Kroazja bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju li ġej se tkun qed tiffoka fuq il-familja, lejn binja ta’ komunita b’valuri nsara. F’dan id-dsatax il-vjaġġ Papali, it-tlettax-il wieħed fl-Ewropa, Benedittu XVI, li għandu 84 sena, se jkun qed jissottolinea l-importanza li dejjem jaċċenna għaliha għall-għarfien tal-għeruq insara tal-Ewropa. Anki jekk il-Kroazja hi pajjiż fil-maġġoranza tiegħu kattoliku, hija għaddiet minn esperjenzi li kienu ta’ test għall-fidi tan-nazzjon, fost l-oħrajn iż-żewġ gwerer dinjija, l-invażjoni tan-Nażi u t-tmexxija komunista tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Yugoslavja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Mejju

Luqa 1,39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

ERBA’ PARROĊĊI JFAKKRU S-SENA TAL-VOLONTARJAT FID-DAR TAL-PROVIDENZA

Il-parroċċi tal-Għargħur, Mġarr, Mosta u Naxxar, iktar kmieni dan ix-xahar fakkru s-Sena tal-Volontarjat permezz ta’ ċelebrazzjoni fid-Dar tal-Providenza u ħadu din l-okkażjoni biex jagħtu donazzjoni lil din l-opra karitattevoli tal-Knisja f’Malta.

F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Victor Formosa, il-kelliemi għal din id-Dar, fisser li f’attività sempliċi imma “sinjifikattiva”, madwar 200 ruħ minn dawn l-erba’ parroċċi li jiffurmaw l-Unità numru 7 ngħaqdu mal-Arċiprieti u l-Kappillani tagħhom fid-Dar tal-Providenza biex ifakkru s-Sena Ewropea tal-Volontarjat… Kompli aqra »

PROGRAMMI SOĊJO-RELIĠJUŻI

SEJJAĦTLI – IL-ĦAMIS 2 TA’ ĠUNJU – FID 9.00PM  fuq FAVOURITE TV –  b’REPETIZZJONI L-ĦADD FL-4.00PM

Tema: Il-Ġurnaliżmu u l-Media

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  Din il-ġimgħa ser jiddiskutu r-risponsabbilta’ tal-ġurnalist, tax-xandar li jwassal l-aħbar kif inhi, bil-verita kollha meħtieġa biex ikun hemm ġustizzja lejn il-persuni li jkunu qed jissemmew.   … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Mejju

Gwann 15,26-16,4

“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. “Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ‘il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili… Kompli aqra »

30 ta’ Mejju – 5 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fil-kors tal-Aġġornament għall-kleru li se jsir fis-Seminarju.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’programm televiżiv fuq TVM.

9.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fit-tieni sessjoni tal-kors tal-Aġġornament għall-kleru li se jsir fis-Seminarju.

6.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 29 ta’ Mejju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Ġwann 14, 15-21

“Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET WARA R-REFERENDUM DWAR ID-DIVORZJU

Għadna kemm għaddejna mir-Referendum Konsultattiv dwar id-dħul tad-Divorzju f’pajjiżna. Aħna qed nippubblikaw din in-nota qabel ma sirna nafu r-riżultat tar-referendum. Xtaqna li din ir-riflessjoni tagħna tkun indipendenti mir-riżultat. Din id-darba, dan ir-riżultat tar-Referendum mhux il-għan li rridu nilħqu, iżda l-punt ta’ tluq ta’ sforz kbir u nvestiment tal-Knisja u tal-pajjiż tagħna favur iż-żwieġ u l-familja.

Dak li għaddejna minnu f’dawn il-ġimgħat kien mument fil-proċess demokratiku, li fih rajna ġustament idejat differenti fuq dak li wieħed jaħseb li hu l-aħjar għall-familja f’pajjiżna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Mejju

Gwann 15, 18-21

“Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m’huwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Mejju

Gwann 15,12-17

Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »